+4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …

4. Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u …

Sabiex jidentifikaw dawn il-fatturi li jistgħu jimminaw it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu u l-SRT lil partijiet terzi, l-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jevalwaw il-grad tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ta’ tranżazzjoni billi jqisu, fost l-oħrajn, fatturi bħal dawn li ġejjin, safejn ikun applikabbli:

  • a. It-tqabbil tal-valur preżenti tal-primjums u l-ispejjeż l-oħra li għadhom mhumiex rikonoxxuti fil-fondi proprji b’mod relattiv għat-telf tal-iskoperturi protetti fuq varjetà ta’ xenarji ta’ stress;
  • b. L-ipprezzar tat-tranżazzjoni b’mod relattiv għall-prezzijiet tas-suq, inkluż konsiderazzjoni xierqa tal-pagamenti tal-primjum;
  • c. Il-ħin tal-pagamenti fit-tranżazzjoni, inkluż differenzi potenzjali fil-ħin bejn iż-żmien meta l-istituzzjonijiet oriġinaturi jipprovdu għall-iskoperturi protetti jew tat-tnaqqis tal-iskoperturi protetti u ż-żmien tal-pagamenti mill-bejjiegħ tal-protezzjoni;
  • d. Analiżi tad-dati tas-sejħiet applikabbli biex jiġi vvalutat kemm aktarx tkun id-durata tal-protezzjoni tal-kreditu miksuba b’mod relattiv għall-ħin potenzjali tat-telf fil-ġejjieni fuq l-iskoperturi protetti;
  • e. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, b’mod partikolari analiżi dwar jekk ċertu ċirkostanzi jistgħux iwasslu għal iżjed dipendenza tal-istituzzjonijiet oriġinaturi fuq il-kontroparti li qed tipprovdi l-protezzjoni ta’ kreditu fl-istess ħin li qed tiddgħajjef il-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-obbligi tagħha;
  • f. In-natura tar-rabta bejn l-entitajiet differenti involuti fit-tranżazzjoni (oriġinatur, organizzatur, investituri, bejjiegħ tal-protezzjoni eċċ);
  • g. L-eżistenza ta’ forom impliċiti ta’ titjib tal-kreditu;
  • h. Il-ħxuna tas-segmenti intermedji u subordinarji b’mod relattiv għall-profil tar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti; u
  • i. Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti: din tista’ tinkiseb permezz ta’ stress applikat fuq l-assi sottostanti, valutazzjoni tal-profil tal-pagamenti tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti, evalwazzjoni tal-fatturi ewlenin tar-riskju tal-kreditu (jiġifieri LGD, PD, EAD, eċċ.).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.