+101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …

101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …

Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li l-attivitajiet professjonali tal-membri tal- persunal m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u tapplika għal approvazzjoni minn qabel, għandu japplika dan li ġej:

  • a. il- korp maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il - bażi tal - analiżi li twettqet fi ħdan il - proċess ta’ identifikazzjoni annwali jekk il- persunal għandux fil -fatt l- ebda impatt fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u jgħarraf lill -funzjoni superviżorja dwar id - deċiżjoni meħuda. Il - funzjoni superviżorja jew, meta jitwaqqaf, il - kumitat tar- remunerazzjoni, għandhom jirrieżaminaw il -kriterji u l- proċess li bihom jittieħdu d - deċiżjonijiet u japprovaw l - eżenzjonijiet magħmulin;17
  • b. kwalunkwe applikazzjoni għall - approvazzjoni minn qabel għandha ssir mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is - sena finanzjarja ta’ qabel. L -awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - applikazzjoni u tapprova jew tiċħad l -applikazzjoni, fejn possibbli, f’perjodu ta’ tliet xhur mindu tkun irċeviet id - dokumentazzjoni sħiħa; EBA Public
  • c. jekk il-membru tal- persunal ingħata remunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew iżjed fis - sena finanzjarja preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha tgħarraf minnufih lill - Awtorità Bankarja Ewropea dwar l- applikazzjoni riċevuta u tipprovdi l -valutazzjoni inizjali tagħha. Fuq talba, l - awtorità kompetenti għandha tissottometti minnufih l -informazzjoni kollha riċevuta mid -ditta ta’ investiment lill-EBA. L- EBA se żżomm kuntatt mal -awtorità kompetenti sabiex tiżgura li esklużjonijiet bħal dawn huma mogħtija b’mod konsistenti qabel ma tittieħed id - deċiżjoni dwar l - approvazzjoni jew iċ - ċaħda tal -applikazzjoni mill-awtorità kompetenti.

17 Jekk jogħġbok irreferi għall -paragrafu 103 fir-rigward tal-approvazzjoni tal- eżenzjonijiet għall -politika ta’ remunerazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.