+68. Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni , kif applikabbli, u fejn l - …
|
68. Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni , kif applikabbli, u fejn l - …
Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni12 , kif applikabbli, u fejn l - esternalizzazzjoni tal - funzjonijiet operazzjonali tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT hija permessa skont il - liġi nazzjonali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji għandhom iqisu l - prinċipji ewlenin li ġejjin: - a. Ir - responsabbiltà aħħarija għall - konformità mal - obbligi legali u regolatorji, kemm jekk funzjonijiet speċifiċi jiġu esternalizzati kif ukoll jekk le, hija tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja.
- b. Id - drittijiet u l - obbligi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - fornitur tas - servizz għandhom jiġu allokati u stabbiliti b’mod ċar fi ftehim bil - miktub.
- c. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li tiddependi minn arranġament ta’ esternalizzazzjoni għandha tibqa’ responsabbli biex timmonitorja u tissorvelja l - kwalità tas - servizz ipprovdut.
- d. L- esternalizzazzjoni intragrupp għandha tkun soġġetta għall - istess qafas regolatorju bħall - esternalizzazzjoni lil fornituri ta’ servizzi barra mill - grupp13 .
- e. L- esternalizzazzjoni tal - funzjonijiet ma tistax tirriżulta fid - delega tar - responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali. Id - deċiżjonijiet strateġiċi fir - rigward tal - AML/CFT ma għandhomx jiġu esternalizzati. Dawn id - deċiżjonijiet jinkludu, b’mod partikolari:
- i. l - approvazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fin - negozju kollu;
- ii. id - deċiżjoni dwar l - organizzazzjoni interna tal - qafas tal - AML/CFT tal - istituzzjoni ta’ kreditu u finanzjarja;
- iii. l - adozzjoni ta’ politiki u proċeduri interni tal - AML/CFT;
- iv. l - approvazzjoni tal - metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat ir - riskju tal -ML/TF ippreżentat minn relazzjoni kummerċjali partikolari u l - assenjazzjoni tal - profil tar - riskju;
- v. l - approvazzjoni tal - kriterji li għandhom jintużaw mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet suspettużi jew mhux tas - soltu għall - finijiet ta’ monitoraġġ u/jew rapportar kontinwi tagħha.
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jibqgħu fl - aħħar mill - aħħar responsabbli mid - deċiżjoni li jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi lill - FIU, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn l - identifikazzjoni u r - rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jiġu esternalizzati.
12 Il - linji gwida tal - EBA dwar arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni: EBA/GL/2019/02; il - linji gwida tal - EIOPA dwar l - esternalizzazzjoni lill - fornituri tas - servizzi tal - cloud: EIOPA - BoS -20- 002; il - linji gwida tal - ESMA dwar l - esternalizzazzjoni lil fornituri tas - servizz tal - cloud: ESMA50 -157-2403 13 Punt 27 tat- taqsimiet ta’ Sfond tal - linji gwida tal - EBA dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tal -25 ta’ Frar 2019: EBA/GL/2019/02
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|