+33. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument …

33. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument …

Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jaċċettaw ir - riproduzzjoni ta’ dokument oriġinali u ma jeżaminawx id- dokument oriġinali, dawn għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li r - riproduzzjoni tkun affidabbli. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu tal - inqas dan li ġej:

  • a) jekk ir - riproduzzjoni tinkludi karatteristiċi ta’ sigurtà inkorporati fid - dokument oriġinali u jekk l - ispeċifikazzjonijiet tad - dokument oriġinali li jkunu qed jiġu riprodotti jkunu validi u aċċettabbli, b’mod partikolari, it - tip, id - daqs tal - karattri u l - istruttura tad - dokument, billi jitqabblu ma’ bażijiet tad - data uffiċjali, bħal PRADO7 ;
  • b) jekk id - data personali tkunx ġiet mibdula jew inkella immanipulata jew, meta applikabbli, jekk l - istampa tal - klijent inkorporata fid - dokument tkunx ġiet sostitwita;
  • c) jekk l - integrità tal - algoritmu użat biex jiġi ġġenerat in - numru ta’ identifikazzjoni uniku tad - dokument oriġinali, f’każ li d - dokument uffiċjali jkun inħareġ b’parti li tinqara minn magna (MRZ);
  • d) jekk ir - riproduzzjoni pprovduta hijiex ta’ kwalità u definizzjoni suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni rilevanti ma tkunx ambigwa;
  • e) li r- riproduzzjoni pprovduta ma tkunx intweriet fuq skrin ibbażata fuq ritratt jew scan tad - dokument tal - identità oriġinali.

7 https://www.consilium.europa.eu/prado/en/prado - start - page.html

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.