+108. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri ta’ superviżjoni li …

108. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri ta’ superviżjoni li …

It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri ta’ superviżjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-governanza interna tal-istituzzjoni u fil-kontrolli fl-istituzzjoni kollha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura superviżorja abbażi tal-effettività tagħha fir-rigward tan-nuqqas speċifiku identifikat. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji addizzjonali jew kombinazzjoni ta’ dawn ma’ dawk elenkati fit-tabella hawn taħt, jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Għal ksur tad-DORA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-miżuri korrettivi u rimedjali applikabbli previsti fl-Artikolu 50 tad-DORA. Tabella 5. Lista potenzjali u mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżorji li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-governanza interna tal-istituzzjoni u mill-kontrolli fl-istituzzjoni kollha. Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punti (b), (d), (e), (f), (g), (j), (l), (m) u (n) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2022/2554 – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. ittejjeb u jkollha involviment aktar attiv tal-korp maniġerjali jew tal-kumitati tiegħu; B. tiżviluppa u timplimenta pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva biex tindirizza n-nuqqasijiet; C. issaħħaħ il-kontrolli interni; D. ittejjeb il-qafas ta’ governanza interna; E. ittejjeb il-mekkaniżmi ta’ rapportar u ta’ sorveljanza; F. tillimita r-remunerazzjoni varjabbli; G. timplimenta sistemi ta’ ġestjoni tal-konformità; H. ikollha rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti; I. tirrinforza arranġamenti, proċessi, mekkaniżmi u strateġiji speċifiċi; J. twettaq mill-ġdid testijiet tal-istress bl-użu ta’ suppożizzjonijiet modifikati; K. ittejjeb il-governanza u l-arranġamenti ta’ ġestjoni tar-riskju applikati għar-riskji tal-ESG, b’mod partikolari r-riskji ambjentali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.