+525. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali …

525. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali …

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw fehma ġenerali dwar ir-riskji ewlenin tat-TCB. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju annwali tal-valutazzjoni globali tal-SREP, akkumpanjata minn punteġġ ta’ vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 21. Is-sommarju annwali għandu jinkludi wkoll kwalunkwe sejba superviżorja magħmula matul it-12-il xahar preċedenti. Tabella 21. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat il-punteġġ globali tal-SREP Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet

1 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB.    Il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. L-arranġamenti ta’ governanza interna u kontrolli tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. Ir-riskji tat-TCB ma humiex materjali jew il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli huma adegwati biex jimmitigaw dawk ir-riskji li huma identifikati bħala materjali. Id-dotazzjoni kapitali u l-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib. L-arranġamenti tar-reġistrazzjoni tat-TCB ma jqajmu ebda tħassib.
2 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell medju-baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB.•    Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB.
3 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell medju-għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB.•    Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB.
4 Ir-riskji identifikati jippreżentaw livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tat-TCB.•    Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ governanza jew ta’ kontroll tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar ir-riskji materjali tat-TCB u l-ġestjoni u l-kontroll tagħhom. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar id-dotazzjoni kapitali u/jew il-pożizzjoni ta’ likwidità tat-TCB. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni tat-TCB.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.