4. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tikkonkludi li l-miżuri proposti minn CCP f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mhux ser inaqqsu jew ineħħu b’mod effettiv l-impedimenti identifikati fir-rapport, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika miżuri alternattivi li hija għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1).
Il-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu dan li ġej:
|
(a)
|
it-theddida għall-istabilità finanzjarja ta’ dawk l-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP;
|
|
(b)
|
l-effett probabbli tal-miżuri alternattivi fuq:
|
(i)
|
is-CCP, inkluż il-mudell ta’ negozju u l-effiċjenza operazzjonali tagħha;
|
|
(ii)
|
il-membri tal-ikklirjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn ikunu ġew maħtura bħala O-SIIs;
|
|
(iii)
|
kwalunkwe FMI konnessa;
|
|
(iv)
|
swieq finanzjarji, inkluż ċentri tan-negozjar, servuti mis-CCP;
|
|
(v)
|
is-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru jew fl-Unjoni inġenerali; u
|
|
|
(c)
|
l-effetti fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ kklirjar integrati għal prodotti differenti u l-proviżjonament ta’ marġini tal-portafoll fid-diversi klassijiet ta’ assi.
|
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti u mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq mal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali maħtura rilevanti.