+Artikolu 18 1

Artikolu 18 1

1.   Meta jivvalutaw l-adegwatezza tax-xenarji ta’ ttestjar tal-istress bl-invers imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

l-unità ta’ kontroll tar-riskji tapplikax it-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi bħala għodda sabiex jiġu identifikati l-kombinazzjonijiet possibbli ta’ avvenimenti severi u ta’ konċentrazzjonijiet tar-riskju fl-istituzzjoni, inklużi avvenimenti severi u konċentrazzjonijiet tar-riskju li jirriżultaw minn riskji ambjentali;

(b)

l-analiżi mwettqa bit-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi tikkomplementa l-ittestjar tal-istress regolari;

(c)

meta tkun qiegħda tidentifika x-xenarju jew ix-xenarji li jirriżultaw mit-test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi, l-unità ta’ kontroll tar-riskji tivvaluta:

(i)

il-linji operatorji li fihom il-mudelli tradizzjonali ta’ maniġjar tar-riskji jindikaw kompromess eċċezzjonalment tajjeb bejn ir-riskju u r-redditu;

(ii)

prodotti ġodda u swieq ġodda li ma esperjenzawx diffikultajiet severi;

(iii)

skoperturi li fihom ma jkun hemm l-ebda suq likwidu bidirezzjonali;

(iv)

skoperturi tal-kambju jew fissi jew soġġetti għal limitu massimu jew għal limitu minimu għal muniti oħrajn;

(v)

pożizzjonijiet f’opzjonijiet profondi sfavorevoli, b’mod partikolari opzjonijiet diġitali;

(vi)

eventi mhux ikkunsidrati fil-perjodu ta’ stress użat sabiex jiġu kkalibrati l-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vii)

ir-riskji ambjentali fil-forma ta’ riskji kemm fiżiċi kif ukoll ta’ tranżizzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.