1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-qbid tar-riskju vega għal kwalunkwe kategorija wiesgħa partikolari ta’ fattur tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tas-superfiċi kollha ta’ volatilità li l-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv għalihom;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mis-superfiċi msemmijin fil-punt (a);
|
|
(c)
|
jivverifikaw, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), jekk kwalunkwe riskju ta’ bażi materjali bejn kwalunkwe żewġ superfiċi partikolari jkunx kopert b’mod impliċitu mill-fatt li ż-żewġ superfiċi jkunu mmudellati direttament, jew mill-fatt li tkun immudellata superfiċe ta’ bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ kurvi;
|
|
(d)
|
jivverifikaw, fir-rigward tas-superfiċi tal-volatilità li l-punti tagħhom huma fatturi tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk:
|
(i)
|
il-politiki interni tal-istituzzjoni stabbilewx kriterji sabiex jiddeċiedu dwar in-numri ta’ fatturi tar-riskju li għandhom jintużaw sabiex jimmudellaw superfiċe, u jekk tali kriterji humiex ibbażati fuq il-likwidità u fuq il-materjalità tal-pożizzjonijiet skoperti għal dik is-superfiċe;
|
|
(ii)
|
il-kriterji msemmijin fil-punt (i) ikunu akkumpanjati minn analiżi li turi li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati jippermetti rappreżentazzjoni komprensiva tar-riskju fis-superfiċe kollha;
|
|
|
(e)
|
jivverifikaw, fir-rigward ta’ superfiċi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jinkludux analiżi li turi li l-ixxokkjar tal-parametri tal-funzjonijiet jippermetti r-rappreżentazzjoni komprensiva tar-riskju fis-superfiċe kollha;
|
|
(f)
|
jivvalutaw jekk it-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni użati mill-istituzzjoni sabiex tibni superfiċe humiex sodi u meta parti mis-superfiċe tiġi dderivata bl-estrapolazzjoni taż-żewġ punti esterni tagħha, jivverifikaw jekk il-volatilità tar-ritorni osservati fis-suq għall-parti estrapolata tas-superfiċe hijiex differenti b’mod sinifikanti minn dik li tirriżulta mill-estrapolazzjoni.
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni għandha, għal kull waħda mis-superfiċi msemmijin f’dak il-punt, tispeċifika jekk hijiex immudellata fl-intier tagħha direttament, jew jekk hijiex immudellata bħala somma ta’ superfiċe bażi u ta’ superfiċe ta’ bażi.
Għall-finijiet tal-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.
Għall-finijiet tal-punt (f), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafi 2 u 3 billi jaqbdu punt fis-superfiċe miksub permezz ta’ estrapolazzjoni meta japplikaw il-punt (b) ta’ dawk il-paragrafi.