+Artikolu 30 Valutazzjoni tas-superfiċi ta’ volatilità implikata
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3

Artikolu 30 Valutazzjoni tas-superfiċi ta’ volatilità implikata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-qbid tar-riskju vega għal kwalunkwe kategorija wiesgħa partikolari ta’ fattur tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tas-superfiċi kollha ta’ volatilità li l-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv għalihom;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mis-superfiċi msemmijin fil-punt (a);

(c)

jivverifikaw, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), jekk kwalunkwe riskju ta’ bażi materjali bejn kwalunkwe żewġ superfiċi partikolari jkunx kopert b’mod impliċitu mill-fatt li ż-żewġ superfiċi jkunu mmudellati direttament, jew mill-fatt li tkun immudellata superfiċe ta’ bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ kurvi;

(d)

jivverifikaw, fir-rigward tas-superfiċi tal-volatilità li l-punti tagħhom huma fatturi tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk:

(i)

il-politiki interni tal-istituzzjoni stabbilewx kriterji sabiex jiddeċiedu dwar in-numri ta’ fatturi tar-riskju li għandhom jintużaw sabiex jimmudellaw superfiċe, u jekk tali kriterji humiex ibbażati fuq il-likwidità u fuq il-materjalità tal-pożizzjonijiet skoperti għal dik is-superfiċe;

(ii)

il-kriterji msemmijin fil-punt (i) ikunu akkumpanjati minn analiżi li turi li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati jippermetti rappreżentazzjoni komprensiva tar-riskju fis-superfiċe kollha;

(e)

jivverifikaw, fir-rigward ta’ superfiċi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jinkludux analiżi li turi li l-ixxokkjar tal-parametri tal-funzjonijiet jippermetti r-rappreżentazzjoni komprensiva tar-riskju fis-superfiċe kollha;

(f)

jivvalutaw jekk it-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni użati mill-istituzzjoni sabiex tibni superfiċe humiex sodi u meta parti mis-superfiċe tiġi dderivata bl-estrapolazzjoni taż-żewġ punti esterni tagħha, jivverifikaw jekk il-volatilità tar-ritorni osservati fis-suq għall-parti estrapolata tas-superfiċe hijiex differenti b’mod sinifikanti minn dik li tirriżulta mill-estrapolazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni għandha, għal kull waħda mis-superfiċi msemmijin f’dak il-punt, tispeċifika jekk hijiex immudellata fl-intier tagħha direttament, jew jekk hijiex immudellata bħala somma ta’ superfiċe bażi u ta’ superfiċe ta’ bażi.

Għall-finijiet tal-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafi 2 u 3 billi jaqbdu punt fis-superfiċe miksub permezz ta’ estrapolazzjoni meta japplikaw il-punt (b) ta’ dawk il-paragrafi.

Artikolu 30 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-superfiċe kif magħmulin fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt tas-superfiċe li ma huwiex fattur tar-riskju;

(c)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fis-superfiċe msemmija fil-punt (b);

(d)

iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c).

Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 30 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-parametri tal-funzjoni kif sar fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt tas-superfiċe;

(c)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fis-superfiċe msemmija fil-punt (b);

(d)

iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c).

Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.