+Artikolu 1 Xenarji ta’ xokk superviżorji
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4

Artikolu 1 Xenarji ta’ xokk superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Is-sitt xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 98(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

xokk parallel ’il fuq, fejn ikun hemm ċaqliq ’il fuq parallel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokk pożittiv tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(b)

xokk parallel ’l isfel, fejn ikun hemm ċaqliq ’l isfel parallel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokk negattiv tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(c)

xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment, fejn ikun hemm bidla ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment, b’xokkijiet negattivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet iqsar u xokkijiet pożittivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet itwal;

(d)

xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment, fejn ikun hemm bidla ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment, b’xokkijiet pożittivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet iqsar u xokkijiet negattivi fir-rata tal-imgħax għal maturitajiet itwal;

(e)

xokk ’il fuq fir-rati qosra, b’xokkijiet pożittivi akbar fir-rati tal-imgħax għal maturitajiet iqsar biex jikkonverġu mal-linja bażi għal maturitajiet itwal;

(f)

xokk ’l isfel fir-rati qosra, b’xokkijiet negattivi akbar fir-rati tal-imgħax għal maturitajiet iqsar biex jikkonverġu mal-linja bażi għal maturitajiet itwal.

Artikolu 1 2

2.   Iż-żewġ xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fl-Artikolu 98(5), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

xokk parallel ’il fuq, fejn ikun hemm ċaqliq parallel ’il fuq tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokkijiet pożittivi tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha;

(b)

xokk parallel ’l isfel, fejn ikun hemm ċaqliq parallel ’l isfel tal-kurva tar-rendiment bl-istess xokkijiet negattivi tar-rata tal-imgħax għall-maturitajiet kollha.

Artikolu 1 3

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ix-xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fuq il-bażi tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax speċifiċi għall-munita stabbiliti fil-Parti A tal-Anness jew, għall-muniti mhux speċifikati fih, fuq il-bażi ta’ xokkijiet fir-rati tal-imgħax ikkalibrati f’konformità mal-Parti B tal-Anness.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalibrazzjoni tax-xokkijiet fir-rati tal-imgħax f’konformità mal-Parti B tal-Anness mill-inqas kull ħames snin.

Artikolu 1 4

4.   Ix-xenarji ta’ xokk superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar denominata f’kull munita separatament li għaliha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet rilevanti, jiġifieri meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’dik il-munita jammonta għal waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

5 % jew aktar tal-assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)

inqas minn 5 % tal-assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar jekk is-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi finanzjarji totali tal-portafoll mhux tan-negozjar, esklużi l-assi tanġibbli, jew l-obbligazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0856
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.