+Artikolu 13 2.

Artikolu 13 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u għar-riċerka li joperaw kont ta’ pagament ta’ riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu, fuq talba tal-klijenti tagħhom jew tal-awtoritajiet kompetenti, dan kollu li ġej:

(a) 

lista tal-fornituri mħallsin minn dak il-kont ta’ pagament tar-riċerka;

(b) 

l-ammont totali li tħallsu dawk il-fornituri fuq perjodu speċifikat;

(c) 

il-benefiċċji u s-servizzi riċevuti mid-ditta tal-investiment minn dawk il-fornituri;

(d) 

kif l-ammont totali li ntefaq mill-kont ta’ pagament tar-riċerka jitqabbel mal-baġit stabbilit mid-ditta tal-investiment għal dak il-perjodu, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ribass jew riport jekk fil-kont jibqgħu xi fondi residwi.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposta ta’ riċerka stmata:

(a) 

tkun ibbażata biss fuq baġit tar-riċerka stabbilit mid-ditta tal-investiment għar-riċerka minn parti terza meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tal-investiment lill-klijenti ta’ dik id-ditta tal-investiment;

(b) 

ma tkunx marbuta mal-volum jew il-valur tat-tranżazzjonijiet eżegwiti f’isem il-klijenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.