+Artikolu 13 Inċentivar relatatmar-riċerka
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 1a.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
|
Artikolu 13 Inċentivar relatatmar-riċerka
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li joperaw kont ta’ pagament ta’ riċerka separat kif imsemmi fl-Artikolu 24(9a), il-punt (d)(ii), tad-Direttiva 2014/65/UE, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin relatati mal-operat tal-kont:
(a)
il-kont ta’ pagament tar-riċerka huwa ffinanzjat minn imposta tar-riċerka speċifika debitata lill-klijent;
(b)
bħala parti mill-istabbiliment tal-kont ta’ pagament ta’ riċerka u l-qbil fuq l-imposta għar-riċerka mal-klijenti, id-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jivvalutaw regolarment baġit għar-riċerka bħala miżura amministrattiva interna;
(c)
id-ditta tal-investiment hija miżmuma responsabbli għall-kont ta’ pagament ta’ riċerka
|
|
Artikolu 13 1a.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta’ investiment li jagħmlu użu minn kont ta’ pagament ta’ riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1 jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-klijenti tagħhom:
(a)
qabel jipprovdu servizzi ta’ investiment lill-klijenti, informazzjoni dwar l-ammont ibbaġitjat għar-riċerka u l-ammont tal-imposta stmata għar-riċerka għal kull klijent;
(b)
informazzjoni annwali dwar il-kostijiet totali li d-ditta tal-investiment tkun ġarrbet għar-riċerka minn parti terza.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u għar-riċerka li joperaw kont ta’ pagament ta’ riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu, fuq talba tal-klijenti tagħhom jew tal-awtoritajiet kompetenti, dan kollu li ġej:
(a)
lista tal-fornituri mħallsin minn dak il-kont ta’ pagament tar-riċerka;
(b)
l-ammont totali li tħallsu dawk il-fornituri fuq perjodu speċifikat;
(c)
il-benefiċċji u s-servizzi riċevuti mid-ditta tal-investiment minn dawk il-fornituri;
(d)
kif l-ammont totali li ntefaq mill-kont ta’ pagament tar-riċerka jitqabbel mal-baġit stabbilit mid-ditta tal-investiment għal dak il-perjodu, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ribass jew riport jekk fil-kont jibqgħu xi fondi residwi.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposta ta’ riċerka stmata:
(a)
tkun ibbażata biss fuq baġit tar-riċerka stabbilit mid-ditta tal-investiment għar-riċerka minn parti terza meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tal-investiment lill-klijenti ta’ dik id-ditta tal-investiment;
(b)
ma tkunx marbuta mal-volum jew il-valur tat-tranżazzjonijiet eżegwiti f’isem il-klijenti.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u ta’ riċerka u li joperaw kont ta’ pagament ta’ riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1:
(a)
jindikaw, għal kull arranġament operazzjonali għall-ġbir tal-imposta għar-riċerka mill-klijent, imposta għar-riċerka identifikabbli separatament;
(b)
jikkonformaw bis-sħiħ mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 1a.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u għar-riċerka u li joperaw kont ta’ pagament tar-riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma jirċevux ammont totali ta’ imposti għar-riċerka li jaqbeż il-baġit tar-riċerka tagħhom.
|
|
Artikolu 13 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u għar-riċerka u li joperaw kont ta’ pagament tar-riċerka separat kif imsemmi fil-paragrafu 1 jaqblu mal-klijenti tagħhom, fil-ftehim ta’ mmaniġġjar jew it-termini ġenerali tan-negozju, dwar l-imposta għar-riċerka kif ibbaġitjata mid-ditta u l-frekwenza li biha l-imposta għar-riċerka speċifika sejra titnaqqas mir-riżorsi tal-klijent matul is-sena. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment iżidu l-baġit għar-riċerka tagħhom biss wara li jkunu taw lill-klijenti tagħhom informazzjoni ċara dwar tali żidiet maħsuba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom proċess biex jirrimborżaw kwalunkwe surplus fil-kont ta’ pagament tar-riċerka fl-aħħar ta’ perjodu lill-klijenti tagħhom jew biex ipaċuh mal-baġit tar-riċerka u mal-imposta kkalkulata għall-perjodu li jmiss.
|
|
Artikolu 13 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li jagħżlu li jħallsu separatament għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u ta’ riċerka u li joperaw kont ta’ pagament tar-riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 1, huma l-uniċi responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit għar-riċerka imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baġit għar-riċerka msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b) ikun bbażat fuq valutazzjoni raġonevoli tal-ħtieġa għar-riċerka minn parti terza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-baġit għar-riċerka biex jixtru riċerka minn parti terza tkun soġġetta għall-kontrolli tad-ditta tal-investiment u għas-sorveljanza tal-maniġment superjuri li jitqiesu oġġettivament xierqa biex jiġi żgurat li l-baġit għar-riċerka jiġi ġestit u użat fl-aħjar interessi tal-klijenti tad-ditta tal-investiment. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-kontrolli jinkludu rendikont tal-entrati ċar tal-pagamenti li saru lill-fornituri tar-riċerka u kif l-ammonti mħallsin kienu determinati b’referenza għall-kriterji ta’ kwalità msemmijin fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jużawx il-baġit għar-riċerka u l-kont ta’ pagament tar-riċerka biex jiffinanzjaw riċerka interna.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Għall-fini tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistgħu jiddelegaw l-amministrazzjoni tal-kont ta’ pagament tar-riċerka lil parti terza, sakemm tali arranġament jiffaċilita l-akkwist tar-riċerka minn parti terza u l-pagament lill-fornituri tar-riċerka f’isem id-ditta tal-investiment mingħajr dewmien mhux dovut skont l-istruzzjoni tad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 13 9.
|
Ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi eżekuttivi għandha tidentifika l-imposti separati għal dawn is-servizzi li jirriflettu biss l-ispiża tat-twettiq tat-tranżazzjoni. Il-provvista ta' kull benefiċċju jew servizz ieħor mill-istess ditta tal-investiment lil ditti tal-investiment, stabbiliti fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal imposta identifikabbli separatament; il-provvista ta' u l-imposti għal dawk il-benefiċċji jew servizzi ma għandhomx jinfluwenzaw jew ikunu kkundizzjonati mil-livelli ta' pagament għas-servizzi ta' eżekuzzjoni.
|
|
Artikolu 13 10.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, irrispettivament minn kif id-ditti tal-investiment iħallsu għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u ta’ riċerka, huma jibbażaw il-valutazzjoni annwali tagħhom tar-riċerka, meħtieġa skont l-Artikolu 24(9a), il-punt (c), tad-Direttiva 2014/65/UE, fuq kriterji ta’ kwalità robusti li jippermettu lid-ditti jivvalutaw b’mod oġġettiv il-kwalità, l-użabbiltà, il-valur tar-riċerka u l-kapaċità tar-riċerka li tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet ta’ investiment aħjar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa meta l-valutazzjonijiet jiżvelaw nuqqas ta’ kwalità, użabbiltà, valur tar-riċerka jew nuqqas ta’ kontribuzzjoni tar-riċerka għal deċiżjoni aħjar dwar l-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|