+Artikolu 7a Kont attiv
---+Artikolu 7a 1.
---+Artikolu 7a 2.
---+Artikolu 7a 3.
---+Artikolu 7a 4.
---+Artikolu 7a 5.
---+Artikolu 7a 6.
---+Artikolu 7a 7.
---+Artikolu 7a 8.
---+Artikolu 7a 9.
---+Artikolu 7a 10.
|
Artikolu 7a Kont attiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7a 1.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikoli 4a u 10 fl-24 ta’ Diċembru 2024, jew li jsiru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar minn hemm ’il quddiem, u li jaqbżu l-limitu tal-ikklerjar fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’kategorija individwali elenkata f’dak il-paragrafu jew fuq bażi aggregata fil-kategoriji kollha elenkati f’dak il-paragrafu, għandu jkollhom, għal dawk il-kategoriji tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, mill-anqas kont attiv wieħed f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14, meta s-servizzi tal-ikklerjar għad-derivati kkonċernati jkunu pprovduti minn dik is-CCP, u meta jikklerjaw mill-anqas għadd rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet f’dak il-kont attiv Meta kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja ssir soġġetta għall-obbligu li żżomm kont attiv skont l-ewwel subparagrafu, dik il-kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha b’dan u għandha tistabbilixxi tali kont attiv fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għal dak l-obbligu.
|
|
Artikolu 7a 2.
|
Fid-determinazzjoni tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-paragrafu 1, kontroparti li tappartjeni għal grupp soġġett għal superviżjoni kkonsolidata fl-Unjoni għandha tikkunsidra l-kuntratti tad-derivati kollha msemmija fil-paragrafu 6 li huma kklerjati minn dik il-kontroparti jew minn entitajiet oħra fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet intragrupp.
|
|
Artikolu 7a 3.
|
Il-kontropartijiet li jsiru soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-kont ikun funzjonali b’mod permanenti, inkluż b’dokumentazzjoni legali, konnettività tal-IT u proċessi interni assoċjati mal-kont li jkun fis-seħħ;
(b)
il-kontroparti jkollha sistemi u riżorsi disponibbli biex tkun tista’ topera l-kont, anki fi żmien qasir, għal volumi kbar tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’kull mument u biex tkun tista’ tirċievi, f’perjodu qasir ta’ żmien, fluss kbir ta’ tranżazzjonijiet minn pożizzjonijiet miżmuma f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c);
(c)
it-tranżazzjonijiet kollha tal-kontroparti rispettiva fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jiġu kklerjati fil-kont f’kull mument;
(d)
il-kontroparti tikklerja fil-kont attiv tranżazzjonijiet li huma rappreżentattivi tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li huma kklerjati f’servizz tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) matul il-perjodu ta’ referenza.
|
|
Artikolu 7a 4.
|
L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
(a)
il-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati;
(b)
il-maturità tat-tranżazzjonijiet;
(c)
id-daqsijiet tat-tranżazzjonijiet.
L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), ma għandux japplika għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 6 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6. Il-valutazzjoni tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jkun ibbażat fuq is-sottokategoriji. Għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati, l-għadd ta’ sottokategoriji għandu jirriżulta mill-kombinazzjoni tad-daqsijiet ta’ tranżazzjonijiet differenti u tal-firxiet ta’ maturità differenti. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), għandhom jiġu ssodisfati mill-kontroparti fi żmien sitt xhur minn meta ssir soġġetta għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u dik il-kontroparti għandha tirrapporta regolarment f’konformità mal-Artikolu 7b. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ttestjati għall-istress regolarment mill-inqas darba fis-sena. Għall-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), li għandu jiġi ssodisfat, il-kontropartijiet għandhom jikklerjaw, fuq bażi medja annwali, mill-inqas ħames tranżazzjonijiet f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati u għal kull perjodu ta’ referenza definit f’konformità mal-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu. Meta l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li jirriżulta jaqbeż nofs it-tranżazzjonijiet totali ta’ dik il-kontroparti għat-12-il xahar preċedenti, l-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandu jitqies issodisfat meta dik il-kontroparti tikklerja mill-inqas tranżazzjoni waħda f’kull waħda mill-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati għal kull perjodu ta’ referenza. L-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), m’għandux japplika għall-provvista ta’ servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti. Il-kalkolu tal-volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ kontroparti msemmija fil-paragrafu 8, ir-raba’ subparagrafu, m’għandux jinkludi l-attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tagħha.
|
|
Artikolu 7a 5.
|
Il-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikklerjaw mill-inqas 85 % tal-kuntratti tad-derivati tagħhom li jappartjenu għall-kategoriji msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 4, ir-raba’ subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu u r-rekwiżit ta’ rapportar addizzjonali msemmi fl-Artikolu 7b(2).
|
|
Artikolu 7a 6.
|
Il-kategoriji ta’ kuntratti ta’ derivati soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
derivati tar-rati tal-imgħax denominati f’euro jew fi zloty Pollakka;
(b)
derivati tar-rati tal-imgħax ta’ terminu qasir denominati f’euro.
|
|
Artikolu 7a 7.
|
Meta l-AETS twettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) u tikkonkludi li ċerti servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2 huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew li s-servizzi jew l-attivitajiet li qabel kienu identifikati mill-AETS bħala li huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha ma għadhomx ta’ importanza sistemika sostanzjali, il-lista ta’ kuntratti soġġetti għall-obbligu tal-kont attiv tista’ tiġi emendata. Sabiex tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti soġġetti għal obbligi ta’ kont attiv, l-AETS, wara li tikkonsulta mal-BERS u bi qbil mal-banek ċentrali tal-ħruġ, għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi bir-reqqa u komprensiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, f’konformità mal-valutazzjoni teknika kwantitattiva speċifikata fl-Artikolu 25(2c), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), kif rilevanti, inklużi l-effetti fuq muniti oħra tal-Unjoni, u tivvaluta l-effetti possibbli tal-estensjoni tal-obbligi tal-kont attiv għat-tipi ġodda ta’ kuntratti, u opinjoni b’rabta ma’ din il-valutazzjoni. Il-ftehim tal-banek ċentrali tal-ħruġ għandu jirrelata biss mal-kuntratti denominati fil-munita li joħorġu. Meta l-AETS twettaq il-valutazzjoni u toħroġ opinjoni li tikkonkludi li jenħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ kuntratti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 biex temenda l-lista ta’ kuntratti tad-derivati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 7a 8.
|
L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-istress tagħhom u d-dettalji tar-rapportar f’konformità mal-Artikolu 7b. Fl-iżvilupp ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis id-daqs tal-portafolli ta’ kontropartijiet differenti skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex il-kontropartijiet b’aktar tranżazzjonijiet fil-portafolli tagħhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet operazzjonali u rekwiżiti ta’ rapportar aktar stretti minn kontropartijiet b’inqas tranżazzjonijiet. Fir-rigward tal-obbligu ta’ rappreżentanza msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (d), l-AETS għandha tispeċifika l-klassijiet differenti ta’ kuntratti tad-derivati, soġġetti għal limitu ta’ tliet klassijiet, il-firxiet ta’ maturità differenti, soġġetti għal limitu ta’ erba’ firxiet ta’ maturità, u l-firxiet differenti tad-daqs tat-tranżazzjonijiet, soġġetti għal limitu ta’ tliet firxiet ta’ daqsijiet tat-tranżazzjonijiet, biex tiġi żgurata r-rappreżentattività tal-kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu kklerjati permezz tal-kontijiet attivi. L-AETS għandha tistabbilixxi l-għadd, li ma għandux ikun ogħla minn ħamsa, tal-aktar sottokategoriji rilevanti għal kull klassi ta’ kuntratti tad-derivati li għandhom jiġu rappreżentati fil-kont attiv. Is-sottokategoriji l-aktar rilevanti għandhom ikunu dawk li fihom l-ogħla għadd ta’ tranżazzjonijiet matul il-perjodu ta’ referenza. L-AETS għandha tistabbilixxi wkoll id-durata tal-perjodu ta’ referenza, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur għal kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ inqas minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 u mhux inqas minn xahar għall-kontropartijiet b’volum tal-ikklerjar nozzjonali pendenti ta’ aktar minn EUR 100 biljun fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Ġunju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 7a 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jikkalkolaw fuq bażi ta’ entità, ta’ grupp u ta’ medja aggregata l-livell tal-attività fil-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jibgħatu dik l-informazzjoni lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, meta jinstab li kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja tkun qed tikser l-obbligi tagħha skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tagħha għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi penali amministrattivi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, jew titlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jimponu penali jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, sabiex iġġiegħel lil dik il-kontroparti ttemm il-ksur tagħha. Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun effettiv u proporzjonat u ma jaqbiżx massimu ta’ 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti. Dan għandu jiġi impost għal kull jum ta’ inadempjenza, u jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali. Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti. Wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-miżura u testendiha jekk ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 7a 10.
|
Sal-25 ta’ Ġunju 2026 l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u mal-BERS, u wara li tikkonsulta mal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tivvaluta l-effettività ta’ dan l-Artikolu fil-mitigazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni rrappreżentata mill-iskoperturi tal-kontropartijiet tal-Unjoni għal CCPs tal-Grad 2 li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c). L-AETS għandha takkumpanja l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jinkludi valutazzjoni tal-impatt motivata bis-sħiħ dwar miżuri komplementari, inklużi limiti kwantitattivi. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tippreżenta l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha fi kwalunkwe ħin wara li tirċievi notifika formali mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, li tindika l-materjalizzazzjoni probabbli tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni b’riżultat ta’ ċirkostanzi speċifiċi li jiskattaw avveniment b’implikazzjonijiet sistemiċi. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport tal-AETS msemmi fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji r-rapport tagħha li jista’ jkun akkumpanjat, meta jkun il-każ, minn proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|