9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jivverifikaw jekk l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma f'dawk ir-reġistri tikkonċernax persuni jew entitajiet deżinjati marbuta ma' sanzjonijiet finanzjarji mmirati. Din il-verifika għandha ssir immedjatament mad-deżinjazzjoni b'rabta ma' sanzjonijiet finanzjarji mmirati u f'intervalli regolari.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fir-reġistri ċentrali tinkludi indikazzjoni li l-entità ġuridika tkun assoċjata ma' persuni jew entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
entità ġuridika jew arranġament ġuridiku jkunu soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
|
|
(b)
|
entità ġuridika jew arranġament ġuridiku jkunu kkontrollati minn persuna jew entità soġġetta għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
|
|
(c)
|
sid benefiċjarju ta' entità ġuridika jew arranġament ġuridiku jkun soġġett għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
|
L-indikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun viżibbli għal kwalunkwe persuna jew entità li tingħata aċċess għall-informazzjoni fir-reġistri ċentrali skont l-Artikoli 11 u 12, u għandha tibqa' fis-seħħ sakemm jitneħħew is-sanzjonijiet finanzjarji mmirati.