4. Kull FIU għandha topera b'mod indipendenti u awtonomu li jfisser li għandu jkollha l-awtorità u l-kapaċità li twettaq il-funzjonijiet tagħha liberament, inkluż il-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet awtonomi li tanalizza, titlob u, f'konformità mal-paragrafu 3, taqsam informazzjoni speċifika. Għandha tkun ħielsa minn kull influwenza jew indħil indebitu mill-gvern, mill-industrija jew politiku.
Meta FIU tkun stabbilita fi ħdan l-istruttura eżistenti ta' awtorità oħra, il-funzjonijiet ewlenin tal-FIU għandhom ikunu indipendenti u operazzjonalment separati mill-funzjonijiet l-oħra tal-awtorità ospitanti.