+Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
|
Artikolu 11 Perjodi ta’ preskrizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-proċess tar-reati kriminali u d-deċiżjoni dwarhom imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-inqas ħames snin minn meta jkun twettaq reat kriminali punibbli b’terminu ta’ priġunerija massimu ta’ mill-inqas ħames snin.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ mill-inqas ħames snin mid-data tas-sentenza finali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jippermetti l-infurzar tal-pieni li ġejjin imposti wara kundanna:
|
(a)
|
piena ta’ priġunerija ta’ aktar minn sena; jew
|
|
(b)
|
piena ta’ priġunerija għal reat kriminali punibbli b’terminu ta’ priġunerija massimu ta’ mill-inqas ħames snin.
|
|
|
Artikolu 11 4
|
4. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun iqsar minn ħames snin, iżda mhux iqsar minn tliet snin, dment li tali perjodu ta’ preskrizzjoni jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż f’każ ta’ atti speċifikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1226
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|