+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127(2) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Billi:
|
(1)
|
Il-mikrodejta dwar il-kreditu u dwar ir-riskju ta' kreditu (iktar 'il quddiem id-“dejta dwar il-kreditu”) tinkludi informazzjoni dettaljata u individwali dwar strumenti li jagħtu lok għal riskju ta' kreditu għal korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, korporazzjonijiet finanzjarji minbarra korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti jew vetturi tal-ġestjoni tal-assi, li huma lkoll involuti f'tislif fuq skala sinifikanti. Din l-informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa għat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema, tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku, inklużi analiżi tal-politika monetarja u operazzjonijiet tal-politika monetarja, il-ġestjoni tar-riskju, is-sorveljanza tal-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali u r-riċerka. Din id-dejta tkun utli wkoll għall-finijiet ta' superviżjoni bankarja fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
|
|
(2)
|
L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor l-informazzjoni statistika neċessarju jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' rapportar fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parti minn klassijiet speċifiċi ta' aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tiegħu.
|
|
(3)
|
Id-dejta dwar il-kreditu se tikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex ittejjeb l-istatistika tas-SEBĊ eżistenti, billi tipprovdi rendikonti u dettalji importanti li mhumiex disponibbli minn sorsi ta' dejta użati bħalissa, bħal informazzjoni dwar l-istruttura u l-mudelli ta' riskju ta' kreditu mogħtija mis-settur finanzjarju. Pereżempju, id-dejta tal-kreditu ser tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex iżżid il-kwalità tal-istatistika dwar: (a) self skont id-daqs tal-korporazzjonijiet, karatteristika ewlenija għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-għoti ta' kreditu lil impriżi ta' daqs żgħir u medju; (b) linji ta' kreditu mqassma skont is-settur tal-kontroparti; (c) self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji mqassmin skont l-attività ekonomika; (d) self iggarantit b'ipoteki fuq proprjetà immobbli; u (e) self transkonfinali u dħul relatat bħala parti mill-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
|
|
(4)
|
Id-disponibblità ta' dejta dwar il-kreditu ser ittejjeb l-utilizzabbiltà tal-informazzjoni f'livell mikro li bħalissa tinġabar fuq ħruġ ta' titoli u statistika dwar parteċipazzjonijiet, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u t-trawwim tal-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Finalment, dejta dwar il-kreditu relatata ma' friegħi li huma residenti barra ż-żona tal-euro, u li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta huma importanti għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ, b'mod partikolari għall-analiżi tal-politika monetarja u kompiti ta' stabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, id-dejta tista' tappoġġa kompiti ta' sorveljanza makroprudenzjali bħall-analiżijiet superviżorji, valutazzjonijiet tar-riskju u testijiet tal-istress. L-Artikoli 8(1)(d) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 issa jippermettu speċifikament l-użu ta' dejta statistika miġbura skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ għal finijiet superviżorji.
|
|
(5)
|
Sett komprensiv ta' dejta dwar il-kreditu analitika u armonizzata għandu jimminimizza l-piż ta' rapportar billi tiżdied l-istabbiltà tar-rekwiżiti tar-rapportar matul iż-żmien. Dan huwa importanti għaliex l-inkorporazzjoni ta' bidliet fis-sistemi awtomatizzati ħafna tal-ipproċessar ta' dejta ta' aġenti li jirrapportaw tista' tiswa għali ħafna. Is-sett armonizzat ta' dejta se jipprovdi wkoll dettall akbar, biex b'hekk jitnaqqas il-bżonn ta' talbiet addizzjonali indirizzati lill-aġenti li jirrapportaw
|
|
(6)
|
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (3) tistabbilixxi l-proċedura għall-iżvilupp ta' qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu bbażat fuq rekwiżiti ta' rapportar statistiku armonizzat tal-BĊE. Għandha l-għan li tiżgura l-istabbiliment ta': (a) settijiet ta' mikrodejta dwar il-kreditu nazzjonali mħaddma mill-BĊNi tal-Eurosistema skont standards minimi nazzjonali; u (b) dejtabase komuni fuq kreditu analitiku granulari (iktar 'il quddiem “AnaCredit”) maqsum bejn il-membri tal-Eurosistema, inkluża dejta mdaħħla mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.
|
|
(7)
|
Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (4) tħeġġeġ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, iżda li qed jippreparaw biex jingħaqdu fil-qafas fit-tul, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6. AnaCredit għandha tkun miftuħa, fuq bażi volontarja, għall-Istati Membri barra ż-żona tal-euro, partikolarment dawk li qed jipparteċipaw fl-MSU, sabiex jitwessa' l-ambitu ġeografiku u tad-dejta tiegħu, u biex tiżdied l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni.
|
|
(8)
|
Filwaqt li l-miżuri preparatorji skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 kellhom l-għan li jiddefinixxu “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari] dwar il-kreditu armonizzati li jridu jiġu pprovduti lill-BĊE mill-BĊNi għal żmien twil”, l-eżitu tal-proċedura tal-merti u tal-ispejjeż wera rekwiżiti tal-utenti b'saħħithom ħafna biex b'hekk ġie enfasizzat il-bżonn mhux biss għal “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari]”, imma wkoll għal lista komprensiva ta' attributi tad-dejta u miżuri li jikkaratterizzaw l-istrumenti li jżidu r-riskju tal-kreditu għall-popolazzjoni li tirrapporta. Barra minn dan, l-armonizzazzjoni mtejba li tirriżulta għandha żżid il-paragunabbiltà tad-dejta bejn il-pajjiżi u bejn l-istituzzjonijiet, biex b'hekk tiġi żgurata dejta ta' kwalità ogħla għall-analiżi.
|
|
(9)
|
AnaCredit għandha l-għan li tipprovdi, flimkien ma' oqfsa statistiċi oħrajn li jiġbru informazzjoni granulari, ħarsa analitika tar-riskju tal-kreditu tal-aġenti li jirrapportaw irrispettivament mill-istrument finanzjarju, it-tip ta' skopertura jew il-klassifikazzjoni fil-kontabbiltà. F'dan ir-rigward, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jiżguraw li aġenti jirrapportaw sett komuni ta' informazzjoni armonizzata lill-BĊNi.
|
|
(10)
|
AnaCredit għandha tiġi stabilita fi tliet stadji, billi l-eteroġeneità sinjifikanti tal-ġbir attwali tad-dejta dwar il-kreditu fost il-pajjiżi parteċipanti tista' tiġi armonizzata biss b'mod gradwali.. Dan l-approċċ ta' pass wara pass iqis ukoll iż-żmien meħtieġ għall-aġenti li jirrapportaw biex jikkonformaw mad-diversi rekwiżiti ta' dejta. B'mod ġenerali, l-ambitu u l-kontenut tad-dejta li għandha tinġabar matul l-istadji differenti għandhom jiġu ddefiniti kmieni kemm jista' jkun, sabiex l-aġenti li jirrapportaw kollha jippreparaw għall-użu ta' sett armonizzat ta' kunċetti u definizzjonijiet. B'hekk, il-Kunsill Governattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq kull stadju sussegwenti ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiġi implimentata. Bil-għan li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u x-xogħol għall-aġenti li jirrapportaw, ser tiġi esplorata fi stadju sussegwenti l-għoti ta' informazzjoni dwar self għal djar fuq il-bażi ta' teknika ta' teħid ta' kampjuni.
|
|
(11)
|
Filwaqt li wieħed mill-għanijiet ewlenin fit-tul ta' Anacredit hija l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar u l-implimentazzjoni ta' prattiċi, l-eteroġenjetà tal-prattiċi tal-ġbir ta' dejta kurrenti teħtieġ il-preservazzjoni tad-diskrezzjoni tal-BĊN f'ċerti oqsma, pereżempju fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-BĊN dwar derogi għal aġenti li jirrapportaw resident żgħar. Dawn l-oqsma ta' diskrezzjoni tal-BĊN għandhom jiġu rivalutati f'kull stadju futur sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tintlaħaq iktar armonizzazzjoni ġewwa pajjiżi parteċipanti.
|
|
(12)
|
F'termini tal-kamp ta' applikazzjoni, l-ewwel stadju ta' rapportar taħt AnaCredit għandu jinkludi kreditu mogħti minn istituzzjonijiet ta' kreditu lil entitajiet ġuridiċi. Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu, veikoli għall-ġestjoni ta' assi u korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, ilkoll involuti f'attivitajiet ta' tislif, kif ukoll sussidjarji barranin ta' dawn l-entitajiet jistgħu jiġu inklużi fil-popolazzjoni li tirrapporta attwali fi stadju sussegwenti. Fir-rigward ta' strumenti, il-kamp ta' applikazzjoni tar-rapportar granulari jista' jiġi estiż għal derivattivi, kontijiet oħrajn riċevibbli, elementi mhux fuq il-karta tal-bilanċ (bħal garanziji finanzjarji) u kreditu estiż lil persuni li ma humiex persuni legali, inklużi proprjetarji uniċi. L-ebda dejta personali, kif definita mir-regoli ta' protezzjoni tad-dejta applikabbli, m'għandha tinġabar fl-ewwel stadju, inklużi krediti multidebituri li jinvolvu persuni naturali bħala debituri huma affiljati ma' strumenti rapportati lil AnaCredit. Jekk l-ambitu tar-rapportar jiġi estiż biex jinkludi din id-dejta personali fi stadji sussegwenti, għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni naturali fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Barra minn hekk, stadji sussegwenti jistgħu jinkorporaw rekwiżiti ta' rapportar fuq bażi kkonsolidata. Kull estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta għandha tqis id-dritt tal-BĊE li jagħti derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar u għandha tiġi adottata ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiddaħħal sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex tiġi implimentata mill-aġenti li jirrapportaw u l-BĊNi.
|
|
(13)
|
Fit-tħejjija ta' stadji futuri, estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta kif ukoll introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali għandha tkun ibbażata fuq analiżi mill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ (iktar 'il quddiem l-“STC”), waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, il-kosti stmati tal-aġenti li jirrapportaw u tal-BĊNi, l-iżviluppi tas-suq u l-esperjenza miksuba fl-ewwel stadju.
|
|
(14)
|
L-obbligi ta' rapportar ta' dejta dwar il-kreditu għandhom jiġu ddefiniti wara li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż indebitu ta' rapportar b'mod partikolari fuq aġenti żgħar li jirrapportaw bi skopertura ta' kreditu totali limitata. Għall-istess raġuni, il-BĊNi għandu jkollhom id-dritt li jagħtu derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar.
|
|
(15)
|
Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti u interoperabbiltà adegwata ma' oqfsa ta' rapportar eżistenti jew ġodda oħrajn, il-BĊNi għandhom jitħallew jiġbru informazzjoni li tiġi trażmessa lill-BĊE bħala parti mill-qafas ta' rapportar nazzjonali iktar estiż u biex jestendu r-rapportar ta' dejta dwar il-kreditu lil hinn mill-ambitu spjegat f'dan ir-Regolament, għall-finijiet statutorji tagħhom, skont id-dritt nazzjonali rilevanti.
|
|
(16)
|
Biex jikkontribwixxu għal AnaCredit, il-BĊNi għandhom ikunu jistgħu jużaw id-databases tagħhom, id-dejta rċevuta minn aġenti li jirrapportaw u kull sors ieħor, inklużi databases ta' referenza rilevanti. Il-BĊNi għandu jkollhom id-diskrezzjoni biex jiddeċiedu jekk jidħlux fi ftehim ta' kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (AKN) għas-superviżjoni tal-aġenti li jirrapportaw jew kull awtorità nazzjonali oħra, sakemm id-dejta pprovduta tissodisfa l-istandards ta' kwalità stipulati f'dan ir-Regolament. Minħabba l-arranġamenti nazzjonali differenti li huma fis-seħħ bħalissa, u biex jitnaqqas il-piż ta' rapportar taħt dan ir-Regolament, hija mħeġġa l-kollaborazzjoni effettiva u effiċjenti mal-NSIs, l-AKN u awtoritajiet nazzjonali oħrajn.
|
|
(17)
|
Il-qafas għall-ġbir ta' dejta dwar il-kreditu għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' reġistri ċentrali tal-kreditu (RĊK) u settijiet tal-kreditu rilevanti oħrajn stabbiliti mill-entitajiet tas-settur pubbliku, inklużi databases fuq statistiċi ta' titoli kif ukoll id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati tas-SEBĊ.
|
|
(18)
|
Il-BĊNi għandhom jitħallew jużaw is-sett ta' dejta granulari u analitika dwar il-kreditu b'aktar minn skop wieħed sabiex jiġu stabbiliti ċirkwiti ta' feedback mal-aġenti li jirrapportaw jew biex jissaħħu ċ-ċirkwiti ta' feedback eżistenti u servizzi ta' informazzjoni oħrajn mill-RĊK lejn aġenti li jirrapportaw. Dawn iċ-ċirkwiti ta' feedback ser itejbu l-kontribut tas-SEBĊ lejn l-istabbiltà tas- sistema finanzjarja b'mod konformi mal-mandat statutorju tiegħu skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat dwar il- Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċirkwiti ta' feedback se jipprovdu lill-aġenti ta-rapportar b'bażi usa' għal valutazzjonijiet tal-affidabbiltà tal-kreditu aktar wiesgħin, b'mod partikolari fir-rigward tad-debituri transkonfinali u jippermettu l-armonizzazzjoni ta' definizzjonijiet u attributi tad-dejta fi ħdan il-prattiki ta' self tagħhom. Dawn se jtejbu l-immaniġġjar ta' riskju tal-kreditu tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' mutwanti oħrajn. B'mod partikolari, u se jappoġġaw istituzzjonijiet ta' kreditu biex tiġi evitata dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu. ċirkwit ta' feedback għandu jsegwi l-aħjar prattiki u jiżgura standards minimi tal-kwalità tad-dejta. Is-subsett tad-dejta analitika dwar il-kreditu li jista' jiġi kondiviż bejn il-BĊNi għall-finijiet ta' ċirkuwiti ta' feedback għandu jiġi ddefinit wara li jitqies il-livell ta' kunfidenzjalità speċifiku tal-attributi tad-dejta rilevanti u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità korrispondenti, kif ukoll iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni. Iktar dettalji dwar l-ambitu u l-implimentazzjoni ta' ċirkuwiti ta' feedback jistgħu jiġu stabbiliti f'att legali separat u l-BĊNi jistgħu jidħlu f'memoranda ta' ftehim, fuq il-bażi tal-oqfsa legali applikabbli, dwar il-kooperazzjoni rispettiva tagħhom fiċ-ċirkuwiti ta' feedback. Filwaqt li wħud mill-BĊNi li joperaw RĊK diġà jaqsmu ma' xulxin mikrodejta tal-kreditu u riskju tal-kreditu transkonfinali fuq bażi bilaterali (5), oħrajn jistgħu, għal raġunijiet legali, jeħtieġu ċertu perijodu ta' żmien biex jimplimentaw il-kondiviżjoni ta' informazzjoni transkonfinali biex jgħaddu din id-dejta lil istituzzjonijiet finanzjarji li jirrapportaw lilhom. It-twaqqif u l-implimentazzjoni taċ-ċirkwiti ta' feedback għandhom iqisu dispożizzjonijiet legali nazzjonali dwar kif tiġi ttrattata informazzjoni statistika kunfidenzjali.
|
|
(19)
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw l-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikoli 8 sa 8c tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
|
|
(20)
|
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi illi l-BĊE għandu l-poter jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika ddefiniti jew imposti fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE. Din is-setgħa sanzjonati hija indipendenti mid-dritt tal-BĊNi li jissanzjonaw aġenti li jirrapportaw li ma jikkonformawx mal-obbligi statistiċi jew ta' rapportar ieħor li japplika għalihom taħt il-qafas legali nazzjonali rispettiv.
|
|
(21)
|
Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi fl-annessi ta' dan ir-Regolament b'mod effettiv, iżda dawn la għandhom jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw fl-Istati Membri. Jeħtieġ li din il-proċedura tippermetti li l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ jiġu kkunsidrati.
|
|
(22)
|
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika obbligu li jitfasslu u jiġu implimentati fil-livell nazzjonali tal-miżuri kollha li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jikkunsidraw xierqa: (a) biex isir il-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-BĊE; u (b) għal preparazzjonijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex dawn l-Istati Membri jsiru Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
|
|
(23)
|
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-ġbir ta' dejta tal-kreditu skont il-qafas tal-MSU,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|