+Artikolu 59 Miżuri superviżorji mill-ESMA
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.

Artikolu 59 Miżuri superviżorji mill-ESMA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.

Meta, f’konformità mal-Artikolu 63(8), l-ESMA ssib li persuna tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1), din għandha tadotta deċiżjoni li tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tirtira r-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern;

(b) 

tirtira r-rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern minn pajjiż terz;

(c) 

tipprojbixxi temporanjament lir-rieżaminatur estern milli jkompli jwettaq l-attivitajiet skont dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;

(d) 

tissospendi r-reġsitrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz;

(e) 

tirrikjedi lill-persuna ttemm il-ksur;

(f) 

timponi multi skont l-Artikolu 60;

(g) 

timponi pagamenti ta’ penali perjodiċi skont l-Artikolu 61;

(h) 

toħroġ avviż pubbliku.

Artikolu 59 2.

L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

ir-rieżaminatur estern ikun irrinunzja b’mod espliċitu r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent jew ma jkunx għamel użu mir-reġistrazzjoni jew mir-rikonoxximent fi żmien 36 xahar wara li tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent;

(b) 

ir-rieżaminatur estern ikun kiseb ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) 

ir-rieżaminatur estern ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ikun ġie rreġistrat jew rikonoxxut.

Meta l-ESMA tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent tar-rieżaminatur estern, din għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha.

L-irtirar għandu jkollu effett immedjat.

Artikolu 59 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

id-durata u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;

(c) 

jekk il-ksur ikunx twettaq b’intenzjoni jew b’negliġenza;

(d) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(e) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(f) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;

(g) 

l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(h) 

il-livell ta’ kooperazzjoni mal-ESMA tal-persuna responsabbli għall-ksur, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(i) 

il-ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(j) 

il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

Artikolu 59 4.
Mingħajr dewmien żejjed, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Din għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe azzjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;

(b) 

meta jkun rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun sar appell u li tispeċifika li dan l-appell ma jkollux effett sospensiv;

(c) 

dikjarazzjoni li tasserixxi li jkun possibbli għall-Bord tal-Appell tal-ESMA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.