+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
“klassifikazzjoni ESG” tfisser opinjoni jew punteġġ, jew kombinazzjoni tat-tnejn, fir-rigward tal-profil jew il-karatteristiċi ta’ element ikklassifikat fir-rigward tad-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, jew fir-rigward tal-iskopertura ta’ element ikklassifikat għar-riskji jew impatt fuq d-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, li tkun bbażata kemm fuq metodoloġija stabbilita kif ukoll fuq sistema ta’ klassifikazzjoni definita tal-kategoriji ta’ klassifikazzjoni, irrispettivament minn jekk tali klassifikazzjoni ESG tkunx ittikkettata bħala “klassifikazzjoni ESG”, “opinjoni ESG” jew “punteġġ ESG”;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
“opinjoni ESG” tfisser valutazzjoni ESG li hija bbażata fuq metodoloġija bbażata fuq ir-regoli u sistema ta’ klassifikazzjoni definita tal-kategoriji ta’ klassifikazzjoni, li tinvolvi direttament analist ta’ klassifikazzjoni fil-proċess tal-klassifikazzjoni;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
“punteġġ ESG” tfisser miżura ESG derivata mid-data, bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq ir-regoli, u bbażata biss fuq sistema jew mudell statistiku jew algoritmiku stabbilit minn qabel, mingħajr ebda input analitiku sostanzjali addizzjonali minn analist ta’ klassifikazzjoni;
|
|
Artikolu 3 (4)
|
“fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG” tfisser persuna ġuridika li l-attivitajiet tagħha jinkludu: il-ħruġ, u il-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni, ta’ klassifikazzjonijiet ESG fuq bażi professjonali;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
“impriża finanzjarja regolata fl-Unjoni” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li hija:
|
(a)
|
istituzzjoni ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);
|
|
(b)
|
ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(c)
|
maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE, inkluż maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u maniġer tal-ELTIF kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);
|
|
(d)
|
kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE;
|
|
(e)
|
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(f)
|
impriża tar-riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(g)
|
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
|
|
(h)
|
istituzzjoni tal-pensjoni li topera skemi tal-pensjoni li huma kkunsidrati bħala skemi tas-sigurtà soċjali koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 (31) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-fini ta’ investiment ta’ tali skemi tas-sigurtà soċjali;
|
|
(i)
|
fond ta’ investiment alternattiv, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2011/61/UE, taħt superviżjoni skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
|
|
(j)
|
UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE;
|
|
(k)
|
kontroparti ċentrali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32);
|
|
(l)
|
depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);
|
|
(m)
|
veikolu bi skop speċjali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 211 tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(n)
|
entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);
|
|
(o)
|
kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (h), tad-Direttiva 2009/138/KE, li hija parti minn grupp tal-assigurazzjoni li huwa soġġett għal superviżjoni fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 213 ta’ dik id-Direttiva u li ma huwiex eżentat mis-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) ta’ dik id-Direttiva;
|
|
(p)
|
kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(q)
|
istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);
|
|
(r)
|
istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36);
|
|
(s)
|
fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503;
|
|
(t)
|
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2023/1114 meta jwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
|
|
(u)
|
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
(v)
|
repożitorju tat-titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
|
|
(w)
|
amministratur ta’ parametri referenzjarji kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2016/1011;
|
|
(x)
|
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;
|
|
|
Artikolu 3 (6)
|
“analist ta’ klassifikazzjoni” tfisser persuna li twettaq funzjonijiet analitiċi bil-għan li toħroġ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
“element ikklassifikat” tfisser persuna ġuridika, strument finanzjarju, prodott finanzjarju, awtorità pubblika jew korp irregolat bil-liġi pubblika li huwa espliċitament jew impliċitament ikklassifikat fil-klassifikazzjoni ESG, irrispettivament minn jekk tali klassifikazzjoni tkunx ġiet mitluba u irrispettivament minn jekk il-persuna ġuridika, awtorità pubblika jew korp irregolat bil-liġi pubblika tkunx ipprovdiet informazzjoni għal tali klassifikazzjoni ESG;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument minn dawk elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
Artikolu 3 (9)
|
“utent tal-klassifikazzjonijiet ESG” tfisser persuna fiżika jew ġuridika,awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor irregolat bil-liġi pubblika, li lilha tiġi distribwita klassifikazzjoni ESG permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra;
|
|
Artikolu 3 (10)
|
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (11)
|
“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew il-korpi ta’ fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, li jinħatru f’konformità mal-liġi nazzjonali, li għandhom is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali fil-fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG, u li jinkludu l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
Artikolu 3 (12)
|
“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG u l-membru jew il-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
Artikolu 3 (13)
|
“grupp ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG” tfisser grupp ta’ impriżi stabbiliti fl-Unjoni li jikkonsisti minn impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE, u impriżi marbuta ma’ xulxin b’relazzjoni, li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-forniment ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|