+Artikolu 8 Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 2a.
---+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 Identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatti negattivi reali u potenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex jidentifikaw u jivvalutaw impatti negattivi reali u potenzjali li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tagħhom stess jew minn dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta jkunu relatati mal-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom, dawk tas-sħab kummerċjali tagħhom, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8 2.

Bħala parti mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħmlu dan li ġej, filwaqt li jqisu l-fatturi ta’ riskju rilevanti, inklużi l-fatti, is-sitwazzjonijiet jew iċ-ċirkostanzi fil-livell tas-sieħeb kummerċjali, bħal jekk is-sieħeb kummerċjali huwiex kumpanija koperta b’din id-Direttiva jew b’atti legali obbligatorji komparabbli oħra dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà; fil-livell tal-ġeografija u tal-kuntest, bħal-livell tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tat-tip ta’ impatt negattiv; u fil-livell tas-setturi, tal-operazzjonijiet kummerċjali, u tal-prodotti u s-servizzi:

(a) 

iwettqu eżerċizzju ta’ identifikazzjoni bikrija, abbażi biss ta’ informazzjoni raġonevolment disponibbli, biex jidentifikaw oqsma ġenerali fl-operazzjonijiet tagħhom stess, dawk tas-sussidjarji tagħhom u, meta jkunu relatati mal-ktajjen ta’ attivitajiet tagħhom, dawk tas-sħab kummerċjali tagħhom, fejn x’aktarx l-aktar li jseħħu l-impatti negattivi u li jkunu l-aktar severi;

(b) 

abbażi tar-riżultati tal-eżerċizzju ta' identifikazzjoni bikrija imsemmija fil-punt (a), iwettqu valutazzjoni fil-fond fl-oqsma fejn l-impatti negattivi ġew identifikati li huma l-aktar probabbli li jseħħu u jkunu l-aktar severi.

Artikolu 8 2a.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-valutazzjoni fil-fond imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b):

(a) 

il-kumpaniji jistgħu jitolbu informazzjoni mingħand is-sħab kummerċjali biss meta dik l-informazzjoni tkun meħtieġa, u, fil-każ ta’ sħab kummerċjali b’anqas minn 5 000 impjegat, biss meta l-informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli b’mezzi oħra;

(b) 

meta l-informazzjoni meħtieġa tkun tista’ tinkiseb minn sħab kummerċjali differenti, il-kumpaniji jagħtu prijorità lill-għoti ta’ informazzjoni, meta jkun raġonevoli, direttament mis-sieħeb jew mis-sħab kummerċjali meta l-impatti negattivi jkunu l-aktar probabbli li jseħħu;

(c) 

meta l-impatti negattivi jiġu identifikati bħala ugwalment probabbli li jseħħu jew li jkunu ugwalment severi f’diversi oqsma, il-kumpaniji jistgħu jagħtu prijorità lill-valutazzjoni ta’ tali oqsma li jinvolvu sħab kummerċjali diretti.

Artikolu 8 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni u tal-valutazzjoni tal-impatti negattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’, meta jkun xieraq, informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, il-kumpaniji jkunu intitolati li jagħmlu użu minn riżorsi xierqa, inklużi rapporti indipendenti, soluzzjonijiet diġitali, inizjattivi tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati, u informazzjoni miġbura permezz tal-mekkaniżmu ta’ notifika u tal-proċedura tal-ilmenti previsti fl-Artikolu 14.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.