+Artikolu 5 2.

Artikolu 5 2.

L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula:

(a) 

tiżgura l-konformità tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula mar-rekwiżiti applikabbli għalihom skont ir-Regolament (UE) 2024/1624 u r-Regolament (UE) 2023/1113, inklużi l-obbligi relatati mal-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati;

(b) 

twettaq rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji fil-livell tal-entitajiet individwali u fil-livell tal-grupp kollu sabiex tiddetermina jekk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti mill-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula jkunux adegwati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għalihom, u abbażi ta’ dawk ir-rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji timponi rekwiżiti speċifiċi, tapplika miżuri amministrattivi, u timponi sanzjonijiet pekunarji u pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 21, 22 u 23;

(c) 

tipparteċipa fis-superviżjoni tal-grupp kollu, b’mod partikolari fil-kulleġġi superviżorji tal-AML/CFT, inkluż meta entità marbuta b’obbligu magħżula tkun parti minn grupp li jkollu kwartieri ġenerali, sussidjarji jew fergħat barra mill-Unjoni;

(d) 

tiżviluppa u żżomm aġġornata sistema biex tivvaluta r-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, sabiex tinforma l-attivitajiet superviżorji tal-Awtorità u tal-awtoritajiet superviżorji, inkluż permezz tal-ġbir ta’ data minn dawk l-entitajiet permezz ta’ kwestjonarji strutturati u għodod online u offline oħra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.