+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Awtorità dwar ir-rieżamijiet superviżorji li bi ħsiebhom iwettqu, fuq bażi tematika, matul is-sena jew it-terminu superviżorju ta’ wara u li għandhom l-għan li jivvalutaw ir-riskji tal-ML/TF jew aspett speċifiku ta’ tali riskji li għalihom ikunu esposti diversi entitajiet marbuta b’obbligu fl-istess ħin. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ambitu ta’ kull rieżami tematiku ppjanat f’termini ta’ kategorija u l-għadd ta’ entitajiet marbuta b’obbligu inklużi u s-suġġett tar-rieżami;
(b)
il-perjodu ta’ żmien ta’ kull rieżami tematiku ppjanat;
(c)
it-tipi, in-natura u l-frekwenza ppjanati tal-attivitajiet superviżorji li għandhom jitwettqu fir-rigward ta’ kull rieżami tematiku, inklużi kwalunkwe spezzjoni fuq il-post jew tipi oħra ta’ interazzjoni diretta mal-entitajiet marbuta b’obbligu, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Sal-aħħar ta’ kull sena, il-President tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 57(2) ippjanar konsolidat tar-rieżamijiet tematiċi li l-awtoritajiet superviżorji jkunu bi ħsiebhom iwettqu matul is-sena ta’ wara.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Meta l-ambitu u r-rilevanza għall-Unjoni kollha tar-rieżamijiet tematiċi jiġġustifikaw il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, dawn għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti u għandhom jiġu kkoordinati mill-Awtorità. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jipproponi rieżamijiet tematiċi konġunti abbażi ta’ analiżijiet disponibbli tat-theddid, tal-vulnerabbilitajiet u tar-riskji fis-suq intern. Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jfassal lista ta’ rieżamijiet tematiċi konġunti. Il-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja għandu jfassal rapport dwar it-twettiq, is-suġġett u l-eżitu ta’ kull rieżami tematiku konġunt. L-Awtorità għandha tippubblika dak ir-rapport fuq is-sit web tagħha.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-Awtorità għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-awtoritajiet superviżorji u tiffaċilita l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tar-rieżamijiet tematiċi konġunti msemmija fil-paragrafu 3. Kwalunkwe interazzjoni diretta ma’ entitajiet marbuta b’obbligu għajr l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula fil-kuntest ta’ kwalunkwe rieżami tematiku għandha tibqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-awtorità superviżorja responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-entitajiet marbuta b’obbligu u ma għandhiex tiġi interpretata bħala trasferiment ta’ kompiti u setgħat relatati ma’ dawk l-entitajiet fis-sistema superviżorja tal-AML/CFT.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Meta r-rieżamijiet tematiċi ppjanati fil-livell nazzjonali ma jkunux soġġetti għal approċċ koordinat fil-livell tal-Unjoni, l-Awtorità għandha, b’mod konġunt mal-awtoritajiet superviżorji, tesplora l-ħtieġa u l-possibbiltà li tallinja jew tissinkronizza l-perjodu ta’ żmien ta’ dawk ir-rieżamijiet tematiċi, u għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet superviżorji li jwettqu dawk ir-rieżamijiet tematiċi. L-Awtorità għandha tiffaċilita wkoll kwalunkwe attività li l-awtoritajiet superviżorji rilevanti jistgħu jkunu jixtiequ jwettqu b’mod konġunt jew b’mod simili fil-kuntest tar-rieżamijiet tematiċi rispettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-Awtorità għandha tiżgura li l-eżiti u l-konklużjonijiet tar-rieżamijiet tematiċi mwettqa fil-livell nazzjonali minn diversi awtoritajiet superviżorji jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet superviżorji kollha, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar entitajiet marbuta b’obbligu individwali. Tali kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe konklużjoni komuni li tirriżulta minn skambji ta’ informazzjoni jew minn kwalunkwe attività konġunta jew koordinata li tinvolvi diversi awtoritajiet superviżorji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|