|
+Artikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert ---+Article 9 1. ---+Article 9 2. ---+Article 9 3. ---+Article 9 4. ---+Article 9 5. ---+Article 9 6. |
Artikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċertArtikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert 1. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA tiġi kkalkulata fuq il-livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni (“l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq individwali AVA”). 2. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA tiġi vvalutata biss li għandha valur żero fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni jkollha evidenza soda ta' prezz negozjabbli għal skoperturi ta' valutazzjoni jew prezz jista' jiġi ddeterminat minn dejta kredibbli bbażata fuq suq likwidu bidirezzjonali kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 338(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
is-sorsi tad-dejta tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ma jindikaw ebda inċertezza fil-materjal tal-valutazzjoni. 3. Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero, meta tiġi vvalutata l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-inċertezza AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 4 u 5. 4. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-valutazzjoni.
(a)
Il-granularità li fiha dawn l-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
fejn dekomposti, l-inputs ta' valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;
(ii)
il-prezz tal-istrument;
(b)
Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa huwa l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valutazzjoni;
(ii)
l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;
(iii)
il-proporzjon ta' miżura 2 ta' varjanza definita hawn taħt fuq miżura ta' varjanza 1 definiti hawn taħt, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1 Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “miżura ta' varjanza 1” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u “miżura ta' varjanza 2” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.
(c)
Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali. 5. L-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA tiġi determinata kif ġej:
(a)
fejn teżisti dejta biżżejjed sabiex tinbena firxa ta' valuri plawżibbli għall-imput tal-valutazzjoni:
(i)
għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija bbażata fuq prezzijiet ta' ħruġ, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li setgħu joħorġu l-esponiment tal-valutazzjoni b'dak il-prezz jew prezz aħjar;
(ii)
għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija maħluqa fuq prezzijiet medji, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur medju li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;
(b)
fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' valuri għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti tal-input tal-valutazzjoni li huwa ekwivalenti għal dak immirat fil-punt (a). L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;
(c)
l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA bbażat fuq wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:
(i)
huma japplikaw id-differenza bejn il-valuri tal-input tal-valutazzjoni stmata skont jew il-punt (a) jew il-punt (b), u l-valuri tal-input tal-valutazzjoni użata biex jiġi kkalkulat il-valur ġust għall-esponiment tal-valutazzjoni ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni;
(ii)
huma jikkombinaw il-valuri tal-input tal-valutazzjoni jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) u jirrivalwaw il-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni bbażata fuq dawn il-valuri. L-istituzzjonijiet imbagħad jieħdu d-differenza bejn il-pożizzjonijiet rivalwati u l-pożizzjonijiet b'valur ġust. 6. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq billi jiġu applikati għall-inċertezza tal-prezz tas-suq individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|