+KAPITOLU III APPROĊĊ EWLIENI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
---+Artikolu 7 Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ ewlieni
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tal-AVA bl-approċċ ewlieni
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
---+Artikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
------+Article 9 5.
------+Article 9 6.
---+Artikolu 10 Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
------+Article 10 5.
------+Article 10 6.
------+Article 10 7.
---+Artikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.
------+Article 11 5.
------+Article 11 6.
------+Article 11 7.
---+Artikolu 12 Kalkolu tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati tal-AVA
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
---+Artikolu 13 Kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment u finanzjar tal-AVA
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
---+Artikolu 14 Kalkolu tal-pożizzjonijiet konċentrati tal-AVA
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
---+Artikolu 15 Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi futuri tal-AVA
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 16 Kalkolu ta' tmiem bikri tal-AVA
---+Artikolu 17 Il-kalkolu tar-riskju operattiv tal-AVA
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
|
KAPITOLU III APPROĊĊ EWLIENI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
KAPITOLU III APPROĊĊ EWLIENI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ ewlieni
|
Artikolu 7 Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ ewlieni 1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ ewlieni, bl-applikazzjoni ta' approċċ b'żewġ stadji li ġejjin:
(a)
Huma jikkalkulaw l-AVA għal kull waħda mill-kategoriji deskritti fil-paragrafi 10 u 11 tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“livell tal-kategorija tal-AVA”) skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(b)
huma jgħoddu flimkien l-ammonti li jirriżultaw mill-punt (a) għal kull livell tal-kategorija tal-AVA li jipprovdu l-AVA totali għall-finijiet tal-Artikolu 1.
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw livell tal-kategorija tal-AVA b'wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
(a)
skont l-Artikoli minn 9 sa 17;
(b)
meta l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 9 sa 17 mhix possibbli għal ċerti pożizzjonijiet, skont il-“metodu tar-rimedju”, li permezz tagħhom jiġu identifikati strumenti finanzjarji relatati u jikkalkulaw l-AVA bħala s-somma ta' dan li ġej:
(i)
100 % tal-profitt nett mhux realizzat fuq strumenti finanzjarji relatati;
(ii)
10 % tal-valur nominali ta' strumenti finanzjarji relatati fil-każ ta' derivattivi;
(iii)
25 % tal-valur assolut tad-differenza bejn il-valur ġust u qligħ mhux realizzat, kif determinat fil-punt (i), ta' strumenti finanzjarji relatati fil-każ ta' assi mhux derivattivi.
Għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-ewwel paragrafu “qligħ mhux realizzat” tfisser il-bidla, fejn pożittiva, fil-valur ġust mill-bidu tan-negozju determinati fuq il-bażi, l-ewwel ġewwa, l-ewwel barra.
|
|
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tal-AVA bl-approċċ ewlieni
|
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tal-AVA bl-approċċ ewlieni 1. Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq Kapital tal-Grad 1, l-AVA jiġu kkalkolati biss fuq il-proporzjon tal-bidla fil-valutazzjoni tal-kontabbiltà li jkollha impatt fuq il-kapital tas-CET1. 2. Fir-rigward tal-livell tal-kategorija tal-AVA deskritti fl-Artikoli minn 14 sa 17, l-istituzzjonijiet ikollhoml-għan li jinkiseb livell ta' ċertezza f'valur prudenti li jkun ekwivalenti għal dak stipulat fl-Artikoli minn 9 sa 13. 3. L-AVA jitqiesu bħala l-eċċess fl-aġġustamenti tal-valutazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq valur prudenti identifikat, fuq kull aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istitizzjoni li jista' jiġi identifikat bħala li jindirizza l-istess sors ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-AVA. Meta aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istituzzjoni ma jistax jiġi identifikat bħala l-indirizzar kategorija ta' speċifika fil-livell fejn l-AVA rilevanti huma kkalkulati, dan l-aġġustament ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-AVA. 4. L-AVA dejjem ikunu pożittivi, inkluż fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni, il-kategorija, kemm qabel kif ukoll wara aggregazzjoni.
|
|
Artikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert
|
Artikolu 9 Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert 1. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA tiġi kkalkulata fuq il-livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni (“l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq individwali AVA”). 2. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA tiġi vvalutata biss li għandha valur żero fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni jkollha evidenza soda ta' prezz negozjabbli għal skoperturi ta' valutazzjoni jew prezz jista' jiġi ddeterminat minn dejta kredibbli bbażata fuq suq likwidu bidirezzjonali kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 338(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
is-sorsi tad-dejta tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ma jindikaw ebda inċertezza fil-materjal tal-valutazzjoni.
3. Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero, meta tiġi vvalutata l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-inċertezza AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 4 u 5. 4. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-valutazzjoni.
(a)
Il-granularità li fiha dawn l-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
fejn dekomposti, l-inputs ta' valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;
▼C1
(b)
Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa huwa l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valutazzjoni;
(ii)
l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;
(iii)
il-proporzjon ta' miżura 2 ta' varjanza definita hawn taħt fuq miżura ta' varjanza 1 definiti hawn taħt, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “miżura ta' varjanza 1” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u “miżura ta' varjanza 2” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.
(c)
Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.
▼B
5. L-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA tiġi determinata kif ġej:
(a)
fejn teżisti dejta biżżejjed sabiex tinbena firxa ta' valuri plawżibbli għall-imput tal-valutazzjoni:
(i)
għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija bbażata fuq prezzijiet ta' ħruġ, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li setgħu joħorġu l-esponiment tal-valutazzjoni b'dak il-prezz jew prezz aħjar;
(ii)
għall-input tal-valutazzjoni fejn il-firxa ta' valuri plawżibbli hija maħluqa fuq prezzijiet medji, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur medju li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;
(b)
fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' valuri għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti tal-input tal-valutazzjoni li huwa ekwivalenti għal dak immirat fil-punt (a). L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;
(c)
l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA bbażat fuq wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:
(i)
huma japplikaw id-differenza bejn il-valuri tal-input tal-valutazzjoni stmata skont jew il-punt (a) jew il-punt (b), u l-valuri tal-input tal-valutazzjoni użata biex jiġi kkalkulat il-valur ġust għall-esponiment tal-valutazzjoni ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni;
(ii)
huma jikkombinaw il-valuri tal-input tal-valutazzjoni jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) u jirrivalwaw il-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni bbażata fuq dawn il-valuri. L-istituzzjonijiet imbagħad jieħdu d-differenza bejn il-pożizzjonijiet rivalwati u l-pożizzjonijiet b'valur ġust.
6. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq billi jiġu applikati għall-inċertezza tal-prezz tas-suq individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
|
|
Artikolu 10 Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA
|
Artikolu 10 Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA 1. L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu kkalkulati fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni individwali (“spejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA”). 2. Meta istituzzjoni tkun ikkalkulat inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA għal skoperturi ta' valutazzjoni bbażati fuq prezz tal-ħruġ, l-ispiża ta' għeluq tal-AVA tista' tiġi vvalutata li għandha valur ta' żero. 3. Meta istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 5 tal- Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jistgħu jiġu vvalutati li għandhom valur ta' żero, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tipprovdi evidenza li hija 90 % kunfidenti li teżisti likwidità suffiċjenti biex tappoġġa l-ħruġ ta' esponiment ta' valutazzjoni relatata bi prezz medju. 4. Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu spejjeż tal-għeluq tal-AVA żero, l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu. 5. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-istimar.
(a)
Il-granularità li fiha dawn l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
fejn dekomposti, l-inputs tal-valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;
(b)
kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta l-input tal-valutazzjoni jikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-istituzzjonijiet jevalwaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bbażati fuq l-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'din il-matriċi. Meta l-input tal-valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet espliċitament jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa jkun l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valwazzjoni;
(ii)
l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;
(iii)
il-proporzjon ta' miżura ta' varjanza 2 fuq miżura ta' varjanza 1, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, miżura ta' varjanza 1 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u miżura ta' varjanza 2 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.
(c)
meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.
6. L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu determinati kif ġej:
(a)
fejn teżisti dejta biżżejjed biex tinbena firxa ta' firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur tal-firxa li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;
(b)
fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti li huwa ekwivalenti għal dak immirat fejn firxa ta' valuri plawżibbli hija disponibbli. L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;
(c)
l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bl-applikazzjoni ta' 50 % tal-istima tal-firxa bejn it-talba u l-offerta kkalkulata jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) għall-esponiment tal-valutazzjoni relatat mal-inputs tal-valutazzjoni definiti fil-paragrafu 5.
7. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż tal-għeluq billi jiġu applikati l-ispejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA jew għall-formoli tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
|
|
Artikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA
|
Artikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-mudell tar-riskju AVA għal kull mudell ta' valutazzjoni (“mudell tar-riskju individwali tal-AVA”) billi jiġi kkunsidrat il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba l-eżistenza potenzjali ta' firxa ta' mudelli differenti jew kalibrazzjonijiet tal-mudell, li huma użati minn parteċipanti fis-suq, u n-nuqqas ta' prezz tal-ħruġ għal prodott speċifiku li jkun qiegħed jiġi stmat. L-istituzzjonijiet ma jikkunsidrawx il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba kalibrazzjonijiet minn parametri derivati tas-suq, li jingħata skont l-Artikolu 9. 2. Ir-riskju tal-mudell AVA jiġi kkalkulat bl-użu ta' wieħed mill-metodi definiti fil-paragrafi 3 u 4. 3. Meta jkun possibbli, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riskju tal-mudell AVA billi jistabbilixxu firxa ta' alternattivi plawżibbli ta' valutazzjonijiet minn strateġiji alternattivi ta' mudellar u kalibrazzjoni xierqa. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa li tirriżulta ta' valutazzjonijiet fejn huma 90 % kunfidenti li jistgħu joħorġu l-valutazzjoni tal-esponiment għal dak il-prezz jew aħjar. 4. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jużaw l-approċċ definit fil-paragrafu 3, huma japplikaw approċċ ibbażat fuq il-kompetenza biex jiġi stmat ir-riskju tal-mudell AVA. 5. L-approċċ ibbażat fuq l-esperti jikkunsidra dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-kumplessità tal-prodotti rilevanti tal-mudell;
(b)
id-diversità ta' approċċi matematiċi possibbli u parametri tal-mudell, fejn dawk il-mudelli tal-parametri ma jkunux marbuta ma' varjabbli tas-suq;
(c)
il-grad sa fejn is-suq ta' prodotti rilevanti huwa “one way”
(d)
l-eżistenza ta' riskji li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati fil-prodotti rilevanti;
(e)
l-adegwatezza tal-mudell biex jaqbad l-imġiba tal-gwadan tal-prodotti fil-portafoll.
L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mudelli li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA. 6. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodu deskritt fil-paragrafu 4, il-prudenza tal-metodu tkun konfermata kull sena permezz ta' tqabbil bejn dan li ġej:
(a)
l-AVA kkalkulat bl-użu tal-metodu deskritt fil-paragrafu 4, jekk jiġi applikat għal kampjun tal-materjal ta' mudelli ta' valutazzjoni li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-metodu fil-paragrafu 3; kif ukoll
(b)
l-AVA prodotti bil-metodu fil-paragrafu 3 għall-istess kampjun ta' mudell ta' evalwazzjoni.
7. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali tal-AVA għall-mudell tar-riskju billi japplikaw għall-mudell tar-riskju individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
|
|
Artikolu 12 Kalkolu tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati tal-AVA
|
Artikolu 12 Kalkolu tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet jikkalkylaw firxiet tal-kreditu mhux iggwadanjati tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-aġġustament meħtieġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jinkludu l-valur attwali ta' telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti fuq pożizzjonijiet derivattivi. 2. L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.
|
|
Artikolu 13 Kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment u finanzjar tal-AVA
|
Artikolu 13 Kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment u finanzjar tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-investiment u l-finanzjament tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-ispejjeż tal-finanzjament użati fil-valutazzjoni tal-prezz tal-ħruġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. 2. L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.
|
|
Artikolu 14 Kalkolu tal-pożizzjonijiet konċentrati tal-AVA
|
Artikolu 14 Kalkolu tal-pożizzjonijiet konċentrati tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' pożizzjoni konċentrata tal-AVA għall-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni konċentrati (“pożizzjonijiet konċentrati individwali tal-AVA”) billi japplikaw approċċ fi tliet stadji li ġejjin:
(a)
huma jidentifikaw pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni;
(b)
għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni kkonċentrata identifikata, fejn il-prezz tas-suq applikabbli għad-daqs tal-pożizzjoni tal-valutazzjoni ma tkunx disponibbli, jagħmlu stima prudenti ta' perjodu ta' ħruġ;
(c)
meta perjodu ta' ħruġ prudenti jaqbeż l-għaxart ijiem, huma jagħmlu stima ta' AVA billi tiġi kkunsidrata l-volatilità tal-input tal-valwazzjoni, il-volatilità tal-firxa tal-offerta u l-impatt tal-istrateġija tal-ħruġ ipotetiku fuq il-prezzijiet tas-suq.
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-identifikazzjoni ta' pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:
(a)
id-daqs ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni relattiva mal-likwidità tas-suq relatat;
(b)
l-abilità tal-istituzzjoni biex tagħmel kummerċ f'dak is-suq;
(c)
il-volum medju ta' kuljum tas-suq u l-volum tipiku tan-negozjar ta' kuljum tal-istituzzjoni.
L-istituzzjonijiet jistabbilixxu u jiddokumentaw il-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati valutazzjonijiet tal-pożizzjonijiet konċentrati li għalihom jiġu kalkolati pożizzjonijiet konċentrati AVA.
3. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati AVA bħala s-somma tal-pożizzjonijiet konċentrati AVA.
|
|
Artikolu 15 Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi futuri tal-AVA
|
Artikolu 15 Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi futuri tal-AVA 1. Meta istituzzjoni tikkalkula l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispiża tal-għeluq tal-AVA għall-esponiment tal-valutazzjoni, li jimplikaw b'mod sħiħ skopertura eżistenti, l-istituzzjoni tista' tivvaluta AVA żero għall-ispejjeż amministrattivi futuri. 2. Meta esponiment tal-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż amministrattivi AVA futuri (“spejjeż amministrattivi individwali futuri AVA”) billi jikkonsidraw l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż ta' ħeġġjar futuri fuq il-ħajja mistennija tal-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom prezz ta' ħruġ dirett ma japplikax għall-ispejjeż tal-għeluq AVA, skontati b'rata li tqarreb ir-rata ħielsa mir-riskju. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-ispejjeż amministrattivi futuri jinkludu l-ispejjeż tal-persunal inkrimentali kollha u spejjeż fissi li x'aktarx ikunu involuti fil-ġestjoni tal-portafoll iżda t-tnaqqis f'dawn l-ispejjeż jista' jkun preżunt minħabba li jitnaqqas id-daqs tal-portafoll. 4. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż amministrattivi futuri AVA bħala s-somma tal-ispejjeż amministrattivi futuri individwali AVA.
|
|
Artikolu 16 Kalkolu ta' tmiem bikri tal-AVA
|
Artikolu 16 Kalkolu ta' tmiem bikri tal-AVA L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' tmiem bikri tal-AVA meta jikkunsidraw telf potenzjali li jirriżulta minn terminazzjonijiet bikrija mhux kuntrattwali tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti. Tmiem bikri AVA jiġi kkalkulat billi jitqies il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti li storikament ġew mitmuma kmieni u t-telf li jirriżulta f'dawk il-każijiet.
|
|
Artikolu 17 Il-kalkolu tar-riskju operattiv tal-AVA
|
Artikolu 17 Il-kalkolu tar-riskju operattiv tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet jistmaw ir-riskju operattiv tal-AVA billi jevalwa t-telf potenzjali li jista' jinħoloq bħala riżultat ta' riskju operattiv relatat ma' proċessi ta' valutazzjoni. Din l-istima tinkludi valutazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' valutazzjoni li huma ġġudikati li huma ta' riskju matul il-proċess tal-prova tal-karta tal-bilanċ, inklużi dawk minħabba tilwim legali. 2. Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ Avvanzat ta' Kejl tar-Riskju Operattiv kif speċifikat fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, hija tista' tirrapporta riskju operattiv tal-AVA ta' żero bil-kundizzjoni li tipprovdi evidenza li r-riskju operazzjoni relatat mal-proċessi ta' valutazzjoni, kif determinat skont il-paragrafu 1, huwa ġustifikat bil-kalkolu ta' Approċċ ta' Kejl Avvanzat. 3. F'każijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tikkalkula rata ta' riskju operattiv AVA ta' 10 % tas-somma tal-livell aggregat AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispejjeż tal-għeluq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0101
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|