|
+Artikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. ---+Article 11 4. ---+Article 11 5. ---+Article 11 6. ---+Article 11 7. |
Artikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVAArtikolu 11 Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA 1. L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-mudell tar-riskju AVA għal kull mudell ta' valutazzjoni (“mudell tar-riskju individwali tal-AVA”) billi jiġi kkunsidrat il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba l-eżistenza potenzjali ta' firxa ta' mudelli differenti jew kalibrazzjonijiet tal-mudell, li huma użati minn parteċipanti fis-suq, u n-nuqqas ta' prezz tal-ħruġ għal prodott speċifiku li jkun qiegħed jiġi stmat. L-istituzzjonijiet ma jikkunsidrawx il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba kalibrazzjonijiet minn parametri derivati tas-suq, li jingħata skont l-Artikolu 9. 2. Ir-riskju tal-mudell AVA jiġi kkalkulat bl-użu ta' wieħed mill-metodi definiti fil-paragrafi 3 u 4. 3. Meta jkun possibbli, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riskju tal-mudell AVA billi jistabbilixxu firxa ta' alternattivi plawżibbli ta' valutazzjonijiet minn strateġiji alternattivi ta' mudellar u kalibrazzjoni xierqa. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa li tirriżulta ta' valutazzjonijiet fejn huma 90 % kunfidenti li jistgħu joħorġu l-valutazzjoni tal-esponiment għal dak il-prezz jew aħjar. 4. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jużaw l-approċċ definit fil-paragrafu 3, huma japplikaw approċċ ibbażat fuq il-kompetenza biex jiġi stmat ir-riskju tal-mudell AVA. 5. L-approċċ ibbażat fuq l-esperti jikkunsidra dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-kumplessità tal-prodotti rilevanti tal-mudell;
(b)
id-diversità ta' approċċi matematiċi possibbli u parametri tal-mudell, fejn dawk il-mudelli tal-parametri ma jkunux marbuta ma' varjabbli tas-suq;
(c)
il-grad sa fejn is-suq ta' prodotti rilevanti huwa “one way”
(d)
l-eżistenza ta' riskji li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati fil-prodotti rilevanti;
(e)
l-adegwatezza tal-mudell biex jaqbad l-imġiba tal-gwadan tal-prodotti fil-portafoll. L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mudelli li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA. 6. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodu deskritt fil-paragrafu 4, il-prudenza tal-metodu tkun konfermata kull sena permezz ta' tqabbil bejn dan li ġej:
(a)
l-AVA kkalkulat bl-użu tal-metodu deskritt fil-paragrafu 4, jekk jiġi applikat għal kampjun tal-materjal ta' mudelli ta' valutazzjoni li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-metodu fil-paragrafu 3; kif ukoll
(b)
l-AVA prodotti bil-metodu fil-paragrafu 3 għall-istess kampjun ta' mudell ta' evalwazzjoni. 7. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali tal-AVA għall-mudell tar-riskju billi japplikaw għall-mudell tar-riskju individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|