+ANNESS V GĦODOD TAL-ĠESTJONI TAL-LIKWIDITÀ DISPONIBBLI GĦALL-AIFMs LI JIMMANIĠĠAW AIFs MIFTUĦA

ANNESS V GĦODOD TAL-ĠESTJONI TAL-LIKWIDITÀ DISPONIBBLI GĦALL-AIFMs LI JIMMANIĠĠAW AIFs MIFTUĦA




ANNESS V

GĦODOD TAL-ĠESTJONI TAL-LIKWIDITÀ DISPONIBBLI GĦALL-AIFMs LI JIMMANIĠĠAW AIFs MIFTUĦA

1. Sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet: is-sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet tfisser li ma jkunx permess temporanjament is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija ta’ tal-unitajiet jew l-ishma tal-fond.

2. Limitu ta’ tifdija: limitu ta’ tifdija jfisser restrizzjoni temporanja u parzjali tad-dritt tat-titolari tal-unitajiet jew tal-azzjonisti li jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, fejn l-investituri jkunu jistgħu jifdu biss ċertu porzjon tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom.

3. Estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż: l-estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż tfisser l-estensjoni tal-perjodu ta’ avviż li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti jridu jagħtu lill-maniġers tal-fondi, lil hinn minn perjodu minimu li jkun xieraq għall-fond, meta jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom.

4. Tariffa ta’ tifdija: tariffa ta’ tifdija tfisser tariffa, f’firxa predeterminata li tqis il-kost tal-likwidità, li titħallas lill-fond minn titolari tal-unitajiet jew azzjonisti meta jifdu unitajiet jew ishma, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti li jibqgħu fil-fond ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.

5. Aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni: aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-valur nett tal-assi tal-unitajiet jew tal-ishma f’fond ta’ investiment jiġi aġġustat bl-applikazzjoni ta’ fattur (“fattur ta’ varjazzjoni”) li jirrifletti l-kost tal-likwidità.

6. Ipprezzar doppju: ipprezzar doppju jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-prezzijiet tas-sottoskrizzjoni, tax-xiri mill-ġdid u tat-tifdija tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ fond ta’ investiment jiġu stabbiliti billi jiġi aġġustat il-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem b’fattur li jirrifletti l-kost tal-likwidità.

7. Imposta kontra d-dilwizzjoni: imposta kontra d-dilwizzjoni tfisser tariffa li titħallas lill-fond minn titolar ta’ unità jew azzjonist fil-ħin tas-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet jew ishma, li tikkumpensa lill-fond għall-kost tal-likwidità mġarrba minħabba d-daqs ta’ dik it-tranżazzjoni, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti l-oħra ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.

8. Tifdija in natura: tifdija in natura tfisser it-trasferiment ta’ assi miżmuma mill-fond, minflok flus, biex jissodisfaw it-talbiet ta’ tifdija ta’ titolari ta’ unitajiet jew azzjonisti.

9. Side pockets: side pockets ifissru s-separazzjoni ta’ ċerti assi, li l-karatteristiċi ekonomiċi jew legali tagħhom inbidlu b’mod sinifikanti jew saru inċerti minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, mill-assi l-oħra tal-fond.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.