|
+ANNESS V ANALIŻI KOST-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA |
ANNESS V ANALIŻI KOST-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA
ANNESS V ANALIŻI KOST-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA Il-metodoloġiji għall-analiżijiet dwar il-kost-benefiċċji żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass għandhom ikunu konsistenti b’mod reċiproku, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali. Il-metodoloġiji għal analiżi armonizzata u trasparenti tal-kost-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha għal proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu uniformi għall-kategoriji kollha tal-infrastruttura, sakemm ma jkunux ġustifikati diverġenzi speċifiċi. Dawn għandhom jindirizzaw il-kostijiet fis-sens usa’, inkluż l-esternalitajiet, fid-dawl tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(1)
iż-żona ta’ analiżi ta’ proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun ser jinbena fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li fihom il-proġett għandu impatt sinifikanti. Għal dan il-għan, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-operaturi tas-sistema rilevanti kollha fil-pajjiżi terzi rilevanti. Fil-każ ta’ proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-promotur tal-proġett, inkluż meta ma jkunx operatur tas-sistema;
(2)
kull analiżi tal-kost-benefiċċji għandha tinkludi analiżijiet ta’ sensittività dwar is-sett ta’ data ta’ input, inkluż il-kostijiet tal-ġenerazzjoni u tal-gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp mistenni tad-domanda u l-provvista, inkluż fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u inkluż il-flessibbiltà tat-tnejn, u d-disponibbiltà tal-ħżin, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati diversi proġetti differenti fl-istess żona ta’ analiżi, l-impatti klimatiċi u parametri rilevanti oħra;
(3)
għandhom jiddefinixxu l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta’ data ta’ input rilevanti, billi tiddetermina l-impatt għal kull proġett jekk isir u jekk ma jsirx u għandhom jinkludu l-interdipendenzi rilevanti mal-proġetti l-oħra;
(4)
għandhom jagħtu gwida għall-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tan-network tal-enerġija u tas-suq meħtieġ għall-analiżi tal-kost-benefiċċji. L-immudellar għandu jippermetti valutazzjoni sħiħa tal-benefiċċji ekonomiċi, inkluż l-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni, kif ukoll it-tneħħija tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija, l-impatti soċjali, ambjentali u klimatiċi, inkluż l-impatti transsettorjali. Il-metodoloġija għandha tkun kompletament trasparenti inkluż id-dettalji dwar għaliex, xiex u kif jiġu kkalkulati kull wieħed u waħda mill-benefiċċji u l-kostijiet;
(5)
għandhom jinkludu spjegazzjoni dwar kif huwa implimentat il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fil-passi kollha tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha;
(6)
għandhom jispjegaw li l-iżvilupp u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli mhux ser jiġu mfixkla mill-proġett;
(7)
għandhom jiżguraw li jiġu identifikati l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett pożittiv fuqhom, il-benefiċjarji, l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett negattiv fuqhom, u dawk li jġarrbu l-kostijiet, li jistgħu jkunu Stati Membri li mhumiex dawk li fit-territorju tagħhom tinbena l-infrastruttura;
(8)
għandhom iqisu, mill-inqas, in-nefqa kapitali, il-kostijiet tan-nefqa operattiva u n-nefqa tal-manutenzjoni kif ukoll il-kostijiet ikkawżati għas-sistema relatata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett kollu kemm hu bħall-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, inkluż kostijiet esterni. Il-metodoloġiji għandhom jagħtu gwida fuq ir-rati ta’ skont, it-tul teknikutal-ħajja u l-valur residwu li għandhom jintużaw għall-kalkoli tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet. Barra minn hekk, għandhom jinkludu metodoloġija obbligatorja biex jiġi kkalkulat il-proporzjon kostijiet-benefiċċji u l-valur preżenti nett, kif ukoll differenzjazzjoni tal-benefiċċji f’konformità mal-livell ta’ affidabbiltà tal-metodi ta’ stima tagħhom. Il-metodi biex jiġu kkalkulati l-impatti klimatiċi u ambjentali tal-proġetti u l-kontribut għall-miri tal-enerġija tal-Unjoni, bħall-miri tal-penetrazzjonijiet tal-enerġiji rinnovabbli, tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni għandhom jitqiesu wkoll;
(9)
għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda għal kull proġett jiġu vvalutati u jirriflettu l-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li l-valutazzjoni tkun robusta u konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ma’ soluzzjonijiet oħra li ma jeħtiġux infrastrutturi ġodda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|