+Artikolu 30 Obbligu ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 2a.
---+Artikolu 30 2b.
---+Artikolu 30 2c.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.

Artikolu 30 Obbligu ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni li jieħu sabiex iħejji għal riżoluzzjoni. Fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li tasal mingħand il-Bord, il-membri, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni kif ukoll il-persunal tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 88.
Artikolu 30 2.
Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib, partikolarment fl-ippjanar ta’ riżoluzzjoni, l-intervent bikri u l-fażijiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikoli 8 sa 29. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, inkluż l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2a, 2b u 2c ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 30 2a.
Il-Bord, il-BERS, l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom.
Artikolu 30 2b.
Il-BĊE u membri oħra tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord u jipprovdulu l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tal-Bord, inkluż l-informazzjoni miġbura minnhom skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-Artikolu 88(6) għandu japplika għall-iskambji kollha ta’ informazzjoni bħal dawn.
Artikolu 30 2c.
L-awtoritajiet deżinjati u l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord. Dawk l-awtoritajiet deżinjati, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u l-Bord għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. L-awtoritajiet deżinjati u l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88.
Artikolu 30 3.
Il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jittrażmettu lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni l-ftehimiet ta' appoġġ finanzjarju tal-grupp li jkunu ġew awtorizzati u kwalunkwe tibdil fihom.
Artikolu 30 4.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-BĊE jista' jistieden lill-President tal-Bord biex jipparteċipa bħala osservatur fil-Bord ta' Superviżjoni tal-BĊE stabbilit skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Fejn meqjus xieraq il-Bord jista' jaħtar rappreżentant ieħor biex jissostitwixxi l-President għal dak il-għan.
Artikolu 30 5.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-Bord jaħtar rappreżentant li għandu jipparteċipa fil-Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ABE stabbilit skont l-Artikolu 127 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 30 6.

Il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jikkoopera mill-qrib ma’ kwalunkwe faċilità pubblika ta’ assistenza finanzjarja, inkluż il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), b’mod partikolari fis-sitwazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

fiċ-ċirkostanzi straordinarji msemmijin fl-Artikolu 27(9) u meta tali faċilità tkun tat, jew x’aktarx tagħti, assistenza finanzjarja diretta jew indiretta lil entitajiet stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti;

(b) 

meta l-Bord ikun ikkuntratta arranġament finanzjarju għall-Fond skont l-Artikolu 74.

Artikolu 30 7.
Meta jkun neċessarju, il-Bord għandu jikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-BĊE u ma’ membri oħra tas-SEBĊ, mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-awtoritajiet deżinjati u skemi ta’ garanzija tad-depożiti li jiddeskrivi t-termini ġenerali ta’ kif ser jikkooperaw skont il-paragrafi 2 sa 2c u 4 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 74, it-tieni paragrafu, fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Il-memorandum għandu jiġi rrieżaminat fuq bażi regolari u jiġi ppubblikat soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.