2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' riżoluzzjoni għal entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), u li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tirriżulta f'telf imġarrab mill-kredituri, b'mod partikolari d-detenturi ta' poloz, jew jirriżultaw f'ristrutturazzjoni jew f'konverżjoni tal-klejms tagħhom, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tivvalwa b'mod negattiv jew tikkonverti strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 35 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
Kwalunkwe rikavat, iġġenerat wara l-irkupru ta' kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament b'rabta mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 5, għandu l-ewwel jikkumpensa lid-detenturi ta' poloz u kredituri oħra tal-entità sal-punt li l-klejms tagħhom ikunu tniżżlu fil-valur mingħajr ma jkunu kkumpensati bis-sħiħ.
Il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi strumenti kapitali tista' tiġi applikata biss għall-klejms lill-assigurazzjoni biss f’każijiet fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiġġustifika li l-objettivi ta' riżoluzzjoni ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' għodod ta' riżoluzzjoni oħrajn, jew li l-konverżjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni twassal għal protezzjoni aħjar għad-detenturi ta' poloz meta mqabbla mal-użu ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni oħra u t-tniżżil fil-valur tal-klejms tagħhom.