+Artikolu 81 Arranġamenti ta' finanzjament
---+Artikolu 81 1
---+Artikolu 81 2
---+Artikolu 81 3
---+Artikolu 81 4

Artikolu 81 Arranġamenti ta' finanzjament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 81 1

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi arranġament ta' finanzjament wieħed jew aktar sabiex jiżgura li l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha fondi adegwati permezz ta' kontribuzzjonijiet ex ante jew ex post jew taħlita tagħhom minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati f'dak l-Istat Membru u minn fergħat fl-Unjoni ta' impriżi ta' pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru biex ikopru mill-inqas il-pagament tad-differenza lill-azzjonisti, lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji, lill-pretendenti jew lil kredituri oħra msemmija fl-Artikolu 57.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li jintużaw l-arranġamenti ta' finanzjament imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex ikopru wkoll kostijiet oħra assoċjati mal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni, sa fejn l-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istess struttura amministrattiva għall-arranġamenti ta' finanzjament tagħhom bħall-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni tagħhom, filwaqt li jqisu r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

Artikolu 81 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 22.

Artikolu 81 3

3.   Meta l-impriża taħt riżoluzzjoni topera fl-Unjoni skont id-dritt ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-arranġament ta' finanzjament rilevanti tal-Istat Membru li fih l-impriża tkun awtorizzata għandu jintuża biex jipprovdi kumpens lill-azzjonisti, lid-detenturi ta' poloz, lill-benefiċjarji, lill-pretendenti jew lil kredituri oħra f'konformità mal-Artikolu 57.

Artikolu 81 4

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA dwar l-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.