|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III Regoli tan-netting tat-tul taż-żmien 1. Derivattiv tar-rata tal-imgħax għandu jġi kkonvertit fil-pożizzjoni tal-assi sottostanti ekwivalenti tiegħu skont il-metodoloġija li ġejja: Il-pożizzjoni tal-assi sottostanti ekwivalenti ta’ kull strument derivattiv tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata bħala t-tul taż-żmien tagħha diviż bit-tul taż-żmien immirat tal-AIF u mmultiplikat bil-pożizzjoni tal-assi sottostanti ekwivalenti:
fejn:
—
it-tul taż-żmien
FDI huwa t-tul taż-żmien (sensittività tal-valur tas-suq tal-istrument derivattiv finanzjarju għaċ-ċaqliq fir-rati tal-imgħax) tar-rata tal-imgħax tal-istrument derivattiv;
—
tul taż-żmien
target huwa skont l-istrateġija tal-investiment, il-pożizzjonijiet direzzjonali u l-livell mistenni ta’ riskju fi kwalunkwe ħin u ser jiġi regolarizzat mod ieħor. Huwa wkoll skont it-tul taż-żmien tal-portafoll taħt kundizzjonijiet normali tas-suq;
—
CVderivattiv huwa l-valur ikkonvertit tal-pożizzjoni derivattiva kif definit mill-Anness II.
2. Il-pożizzjonijiet tal-assi sottostanti ekwivalenti kkalkulati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnettjati kif ġej:
(a)
Kull strument derivattiv tar-rata tal-imgħax għandu jiġi allokat għall-medda xierqa ta’ maturità fl-iskala bbażata fuq il-maturità li ġejjin: Meded tal-maturità firxiet
1.
Bejn 0 u sentejn
2.
Bejn 2 u 7 snin
3.
Bejn 7 u 15-il sena
4.
> 15-il sena
(b)
F’kull medda ta’ maturità l-pożizzjonijiet tas-assi sottostanti ekwivalenti twal u qosra għandhom jiġu nnettjati. L-ammont tal-ewwel li jiġi nnettjat ma’ tal-aħħar huwa l-ammont innettjat għal dik il-medda ta’ maturità.
(c)
Bil-bidu jkun l-iqsar medda ta’ maturità, l-ammonti nnettjati bejn żewġ medded ta’ maturità wara xulxin għandhom jiġu kkalkulati billi jiġi nnettjat l-ammont tal-pożizzjoni twila (jew qasira) mhux innettjat li jibqa’ fil-medda tal-maturità (i) mal-ammont tal-pożizzjoni qasira (jew twila) mhux innettjat li jibqa’ fil-medda tal-maturità (i + 1).
(d)
Bil-bidu jkun l-iqsar medda ta’ maturità, l-ammonti nnettjati bejn żewġ medded ta’ maturità mhux wara xulxin isseparati b’medda oħra għandhom jiġu kkalkulati billi jiġi nnettjat l-ammont tal-pożizzjoni twila (jew qasira) mhux innettjat li jibqa’ fil-medda tal-maturità (i) mal-ammont tal-pożizzjoni qasira (jew twila) mhux innettjat li jibqa’ fil-medda tal-maturità (i + 2).
(e)
L-ammont innettjat għandu jiġi kkalkulat bejn il-pożizzjonijiet twal jew qosra mhux innettjati li jibqa’ tal-aktar żewġ meded ta’ maturità ‘l bogħod. 3. L-AIF għandu jikkalkula l-iskoperturi tiegħu bħala s-somma tal-valuri assoluti:
—
0 % tal-ammont innettjat għal kull medda ta’ maturità;
—
40 % tal-ammonti nnettjati bejn żewġ meded wara xulxin, (i) u (i + 1);
—
75 % tal-ammonti nnettjati bejn żewġ meded mhux wara xulxin separati b’medda oħra, jiġifieri l-meded tal-maturità (i) u (i + 2);
—
100 % l-ammonti nnettjati bejn l-aktar żewġ meded ta’ maturità ‘l bogħod; u
—
100 % tal-pożizzjonijiet mhux nettjati li jibqa’.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|