+ANNESS IV

ANNESS IV

ANNESS IV

Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni tal-objettivi u tal-politiki tal-ġestjoni tar-riskji

Tabella EU OVA - Approċċ tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji: Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 435(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 ( 6 ) (“CRR”) billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-tabella EU OVA li hija ppreżentata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

(a)

Id-dikjarazzjoni konċiża tar-riskju approvata mill-korp maniġerjali b’applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 435(1) CRR tiddeskrivi kif il-mudell tan-negozju jiddetermina u jinteraġixxi mal-profil tar-riskju ġenerali: pereżempju, ir-riskji ewlenin relatati mal-mudell tan-negozju u kif kull wieħed minn dawn ir-riskji huwa rifless u deskritt fid-divulgazzjonijiet tar-riskji, jew kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju approvata mill-korp maniġerjali.

Fid-dikjarazzjoni tar-riskju fl-applikazzjoni tal-punt (f) tal-Artikolu 435(1) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw ukoll in-natura, il-firxa, l-iskop u s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjonijiet materjali fil-grupp, l-affiljati u l-partijiet relatati. Id-divulgazzjoni għandha tkun limitata għal tranżazzjonijiet li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (inkluż ir-riskju reputazzjonali) jew fuq id-distribuzzjoni tar-riskji fil-grupp. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll proporzjonijiet u ċifri ewlenin li juru kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilita mill-korp maniġerjali.

(b)

L-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata b’applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 435(1) CRR tinkludi l-istruttura tal-governanza tar-riskju għal kull tip ta’ riskju: ir-responsabbiltajiet attribwiti fil-istituzzjoni kollha (inkluż, fejn rilevanti, is-sorveljanza u d-delega tal-awtorità u d-diżaggregazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-korp maniġerjali, il-linji tan-negozju u l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji skont it-tip ta’ riskju, l-unità operatorja, u informazzjoni rilevanti oħra); ir-relazzjonijiet bejn il-korpi u l-funzjonijiet involuti fil-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji (inkluż, kif xieraq, il-korp maniġerjali, il-kumitat tar-riskju, il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji, il-funzjoni tal-konformità, l-uffiċċju tal-awditjar intern); u l-proċeduri organizzazzjonali u ta’ kontroll intern.

Meta jiżvelaw l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskji rilevanti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw id-divulgazzjoni bl-informazzjoni li ġejja:

— Informazzjoni dwar il-qafas ta’ kontroll intern ġenerali u kif jiġu organizzati l-funzjonijiet ta’ kontroll tiegħu (awtorità, riżorsi, statut, indipendenza), il-kompiti ewlenin li jwettqu, u kwalunkwe tibdil materjali attwali u ppjanat f’dawn il-funzjonijiet;

— Il-limiti approvati tar-riskji li għalihom tkun skoperta l-istituzzjoni;

— Tibdiliet fil-kapijiet tal-kontroll intern, tal-ġestjoni tar-riskju, tal-konformità u tal-awditjar intern.

— Mezzi għall-komunikazzjoni, għat-tnaqqis u għall-infurzar tal-kultura tar-riskju fl-istituzzjoni (pereżempju, jekk hemmx kodiċijiet ta’ kondotta, manwali li fihom limiti operatorji jew proċeduri li jittrattaw ksur jew ksur tal-limiti jew tal-proċeduri tar-riskju sabiex jitqajmu u jiġu kondiviżi kwistjonijiet relatati mar-riskji bejn linji operatorji u funzjonijiet tar-riskju).

(c)

Id-dikjarazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 435(1) CRR, dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskji, trid tiġi approvata mill-korp maniġerjali u tipprovdi assigurazzjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji stabbiliti huma adegwati filwaqt li jqisu l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u l-istrateġija tagħha.

(d)

Bħala parti mid-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-punt (c) tal-Artikolu 435(1) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tas-sistemi ta’ divulgazzjoni u/jew ta’ kejl tar-riskji u d-deskrizzjoni tal-fluss fuq ir-riskju lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri.

(e)

Meta jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ divulgazzjoni u ta’ kejl tar-riskji b’applikazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 435(1) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-politiki tagħhom rigward ir-rieżamijiet sistematiċi u regolari tal-istrateġiji ta’ ġestjoni tar-riskji, u l-valutazzjoni perjodika tal-effettività tagħhom.

(f)

Id-divulgazzjoni dwar l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni tar-riskji b’applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 435(1) CRR għandha tinkludi informazzjoni kwalitattiva dwar l-ittestjar tal-istress, bħall-portafolli soġġetti għall-ittestjar tal-istress, ix-xenarji adottati u l-metodoloġiji użati, u l-użu tal-ittestjar tal-istress fil-ġestjoni tar-riskji.

(g)

L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni, għall-kopertura u għall-mitigazzjoni tar-riskji, kif ukoll dwar il-monitoraġġ tal-effettività tal-ħeġġijiet u tal-mitiganti f’konformità mal-punti (a) u (d) tal-Artikolu 435(1) CRR għal riskji li jirriżultaw mill-mudell tan-negozju tal-istituzzjonijiet.

Tabella EU OVB - Divulgazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ governanza: Kaxxi tat-test b’format liberu għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwalitattiva.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 435(2) CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew it-tabella EU OVB li hija ppreżentata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

(a)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw in-numru ta’ direttorati miżmuma mill-membri tal-korp maniġerjali f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 435(2) CRR. Meta tiġi ddikjarata din l-informazzjoni, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

— L-istituzzjonijiet taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 91(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2013/36 (1) (“CRD”) għandhom jiddikjaraw in-numru ta’ direttorati kif jingħaddu minn dan l-Artikolu;

— L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw in-numru ta’ direttorati effettivament miżmuma għal kull membru tal-korp maniġerjali (kemm jekk tkun kumpanija tal-grupp kif ukoll jekk le, jekk tkun parteċipazzjoni kwalifikanti jew istituzzjoni fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali u jekk id-direttorat ikun direttorat eżekuttiv jew mhux eżekuttiv) irrispettivament minn jekk id-direttorat ikunx ma’ entità li ssegwi jew li ma ssegwix objettiv kummerċjali;

— Meta direttorat addizzjonali jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjonijiet kollha li fihom dan il-membru jkollu direttorat għandhom jiddikjaraw dan il-fatt flimkien mal-isem tal-awtorità kompetenti li tapprova d-direttorat addizzjonali.

(b)

Meta jiddikjaraw informazzjoni dwar il-politika ta’ reklutaġġ għall-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 435(2) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-għarfien, il-ħiliet u l-għarfien espert attwali tal-membri. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-politika li possibbilment tirriżulta mill-ippjanar tas-suċċessjoni u dwar kwalunkwe tibdil prevedibbli fil-kompożizzjoni ġenerali tal-korp maniġerjali.

(c)

Meta jiddikjaraw il-politika ta’ diversità tagħhom f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 435(2) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar l-objettivi u kull mira rilevanti stabbilita f’dik il-politika, u sa liema punt ikunu ntlaħqu dawk l-objettivi u l-miri.

B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-politika dwar id-diversità tal-ġeneru, inklużi:

— Meta tkun ġiet stabbilita mira għall-ġeneru l-anqas irrappreżentat u għall-politiki dwar id-diversità f’termini ta’ età, ta’ sfond edukattiv, ta’ sfond professjonali u ta’ provenjenza ġeografika, il-mira stabbilita, u l-punt sa fejn jintlaħqu l-miri.

— Meta mira ma tintlaħaqx, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet u, fejn rilevanti, il-miżuri meħuda sabiex tintlaħaq il-mira tul ċertu perjodu ta’ żmien.

(d)

L-istituzzjoni għandha tiddikjara jekk tkunx stabbiliet kumitat tar-riskju separat, u n-numru ta’ drabi li l-kumitat tar-riskju jkun iltaqa’ f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 435(2) CRR.

(e)

Bħala parti mid-data dwar il-fluss ta’ informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp maniġerjali b’applikazzjoni tal-punt (e) tal-Artikolu 435(2) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeskrivu l-proċess tad-divulgazzjoni tar-riskju pprovdut lill-korp maniġerjali, b’mod partikolari l-frekwenza, l-ambitu u l-kontenut ewlieni tal-iskopertura għar-riskju u kif il-korp maniġerjali kien involut fid-definizzjoni tal-kontenut li għandu jiġi ddikjarat.

(1)   

ID-DIRETTIVA 2013/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.