|
+Artikolu 4a 3. |
Artikolu 4a 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jkunu proporzjonati għar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi ta’ governanza, u li, bħala minimu, jipprojbixxuhom milli:
(a)
jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji maħruġin mill-istituzzjonijiet superviżati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-impriżi prinċipali diretti jew indiretti, is-sussidjarji jew l-affiljati ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew irreferenzjati lilhom, bl-eċċezzjoni ta’:
(i)
strumenti ġestiti minn partijiet terzi sakemm is-sidien ta’ dawk l-istrumenti jkunu preklużi milli jintervjenu fil-ġestjoni tal-portafoll;
(ii)
investimenti f’impriżi ta’ investiment kollettiv;
(b)
ikunu impjegati jew jaċċettaw kwalunkwe tip ta’ kuntratt għall-forniment ta’ serv2izzi professjonali matul ċertu perjodu (“perjodu ta’ preklużjoni”) minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
istituzzjonijiet li l-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kien involut direttament magħhom għall-finijiet ta’ superviżjoni jew teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż l-impriżi prinċipali diretti jew indiretti, is-sussidjarji jew l-affiljati ta’ dawk l-istituzzjonijiet;
(ii)
entitajiet li jipprovdu servizzi lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punt (i), sakemm il-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti ma jkunx strettament prekluż milli jieħu sehem fil-forniment ta’ dawk is-servizzi matul il-perjodu ta’ preklużjoni;
(iii)
entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ lobbying u ta’ promozzjoni diretti lejn l-awtorità kompetenti dwar kwistjonijiet li għalihom il-membru tal-persunal jew il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kien responsabbli matul l-impjieg jew il-mandat ta’ dak il-membru. L-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwe; subparagrafu, il-punti (a)(i) u (ii), għandhom japplikaw biss meta l-partijiet terzi u l-impriżi ta’ investiment kollettiv ma jinvestux b’mod predominanti fi strumenti maħruġa mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) jew referenzjati lilhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|