+ANNESS VI KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI MA' STIMA TA' DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U KONTROLL PERJODIKU
|
ANNESS VI KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI MA' STIMA TA' DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U KONTROLL PERJODIKU
ANNESS VI
KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI MA' STIMA TA' DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U KONTROLL PERJODIKU
|
1.
|
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura pprovduta mill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punti 2, 5 u 6 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8.
|
|
2.
|
Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga persuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá ta' KE.
|
|
3.
|
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:
—
isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità
—
it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu
—
ir-referenza għal din id-Direttiva
—
ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva
—
l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.
|
|
4.
|
Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f 'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
5.
|
Evalwazzjoni mill-korp notifikat qabel ma jitqiegħed fis-suq Il-produttur, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jippreżenta kopja tad-dokumentazzjoni teknika lill-korp notifikat ta' għażla tiegħu qabel l-ewwel oġġett ta' tagħmir jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed f'servizz.
Jekk hemm dubji dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, u, jekk ikun hemm bżonn, jagħmel, jew kien għamel modifiki għad-dokumentazzjoni teknika, jew possibli, provi għandhom jitqiesu neċessarji.
Wara li l-korp notifikat joħroġ rapport li jikkonferma li d-dokumentazzjoni teknika tissodisfa d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá jista' jwaħħal il-marka tal-CE mat-tagħmir u joħroġ dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikoli 11 u 8, għal liema għandu jkollu risponsabbiltá kompleta.
|
|
6.
|
Evalwazzjoni mill-korp notifikat matul produzzjoni Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jinvolvi aktar il-korp notifikat fil-fażi ta' produzzjoni skond waħda mill-proċeduri li għandhom jintgħażlu mill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá:
—
il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli perjodiċi sabiex jivverifika qbil kontinwu tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva; b'mod partikolari il-korp notifikat għandu jikkonċentra fuq:
—
il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,
—
ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,
—
l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss,
Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jagħti l-korp notifikat aċċess ħieles tad-dokumentazzjoni interna kollha li jappoġġaw dawn il-proċeduri, r-riżultati attwali tar-reviżjonijiet interni u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu, jekk hemm.
Jekk il-kontrolli imsemmija aktar ‘il fuq biss jagħtu riżultati mhux sodisfaċenti, il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli ta' ħoss, li, fuq il-ġudizzju u esperjenza tiegħu, jista' jkun simplifikat jew kompletament magħmul skond id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Anness III għat-tip ta' tagħmir relevanti,
—
il-korp notifikat għandu jagħmel jew għamel kontroll ta' prodott f'intervalli kif ġie ġie. Kampjun adegwat tat-tagħmir finali, magħżul mill-korp notifikat, għandu jkun eżaminat u provi ta' ħoss xierqa għandhom jitniżżlu fl-Anness III, jew provi ekwivalenti, għandhom isiru biex jikkontrollaw il-konformitá tal-prodott mal-bżonnijiet relevanti tad-Direttiva. Il-kontroll ta' prodott għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:
—
il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,
—
ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,
Fiż-żewġ proċeduri, il-frekwenza tal-kontrolli għanda tkun definita mill-korp notifikat skond ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet ta' qabel, il-bżonn biex għal azzjonijiet ta' kontroll korrettiv u aktar gwida għall-frekwenza tal-kontrolli li jistgħu jingħataw mill-produzzjoni ta' kull sena u sikurezza ġenerali tal-produttur biex iżżomm il-valuri garantiti; madankollu għandu jsir kontroll ta' l-inqas darba kull tliet snin.
Jekk hemm dubju dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika jew iż-żamma waqt il-produzzjoni, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.
F'dawk il-każijiet fejn tagħmir ikkontrollat ma jaqbilx mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu javża lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel in-notifika.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0014
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|