|
+ANNESS V IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15 |
ANNESS V IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15
ANNESS V IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15 PARTI A – Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji Il-Prinċipji ġenerali 1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika. 2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:
(a)
l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;
(b)
il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;
(ċ)
il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u
(d)
jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl. 3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:
(a)
l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;
(b)
il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u
(ċ)
ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti. 4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika. 5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS). Il-metodoloġija L-analiżi strateġiku 6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet. L-analiżi tal-proċess 7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati. L-anliżi tar-riskju 8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni. 9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ. 10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza. Ir-rapport 11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment. Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur 12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:
(a)
id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);
(b)
il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u
(ċ)
il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni. PARTI B – Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni 13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I. Għal dan il-għan:
(a)
fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
(b)
fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;
(c)
fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;
(d)
fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
(e)
fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
(f)
fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru. Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni 14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:
(a)
it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;
(b)
hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni. Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f 15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni. 16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza. PARTI C Verifika tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III Prinċipji Ġenerali 1. L-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu soġġetti għal verifika. 2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 14(3), u tal-monitoraġġ matul is-sena ta' qabel. Għandu jindirizza l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni irrapportati fejn jidħlu l-emissjonijiet, u b'mod partikolari:
(a)
il-fjuwils rrapportati rilaxxati għall-konsum u l-kalkoli relatati;
(b)
l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjoni;
(c)
il-kalkoli li jwasslu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ġenerali. 3. L-emissjonijiet irrapportati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk ikun hemm data u informazzjoni affidabbli u kredibbli li jippermettu li l-emissjonijiet jiġu determinati b'livell għoli ta' ċertezza. Livell għoli ta' ċertezza jirrikjedi li l-entità regolata turi li:
(a)
id-data rrapportata tkun ħielsa minn inkonsistenzi;
(b)
il-ġbir tad-data jkun twettaq f'konformità mal-istandards xjentifiċi applikabbli; u
(c)
ir-reġistri rilevanti tal-entità regolata jkunu kompleti u konsistenti. 4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u għall-informazzjoni kollha fir-rigward tas-suġġett tal-verifika. 5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-entità regolata tkunx irreġistrata bħala parti mill-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali tal-Unjoni (EMAS). Metodoloġija Analiżi strateġika 6. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq analiżi strateġika tal-kwantitajiet kollha ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata. Dan jirrikjedi li l-verifikatur ikollu ħarsa ġenerali tal-attivitajiet kollha li permezz tagħhom l-entità regolata tkun qed tirrilaxxa l-fjuwils għall-konsum, u s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet. Analiżi tal-proċess 7. Meta xieraq, il-verifika tad-data u tal-informazzjoni ppreżentati għandha titwettaq fuq is-sit tal-entità regolata. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-informazzjoni rrapportati. Analiżi tar-riskji 8. Il-verifikatur għandu jissottometti l-mezzi kollha li permezz tagħhom il-fjuwils jiġu rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata għal evalwazzjoni fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet globali tal-entità regolata. 9. Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b'mod espliċitu kwalunkwe element b'riskju għoli ta' żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rapportar li x'aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu determinati l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b'mod speċjali l-kalkoli meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat il-livell tal-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-elementi b'riskju għoli ta' żball u lill-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ. 10. Il-verifikatur għandu jqis kwalunkwe metodu effettiv ta' kontroll tar-riskju applikat mill-entità regolata bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-livell ta' inċertezza. Rapport 11. Il-verifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni li jiddikjara jekk ir-rapport skont l-Artikolu 14(3) ikunx sodisfaċenti. Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista' ssir dikjarazzjoni li r-rapport skont l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet totali ma jkunux iddikjarati b'dikjarazzjoni skorretta materjali. Rekwiżit ta' kompetenza minima għall-verifikatur 12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-entità regolata, għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'mod professjonali, kompetenti u oġġettiv, u jifhem:
(a)
id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll l-istandards u l-gwida rilevanti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1);
(b)
ir-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qed jiġu vverifikati; u
(c)
il-ġenerazzjoni tal-informazzjoni kollha relatata mal-mezzi kollha li permezz tagħhom il-fjuwils jiġu rilaxxati għall-konsum mill-entità regolata, b'mod partikolari dik relatata mal-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rapportar tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|