+Artikolu 62 Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.
---+Artikolu 62 6.
---+Artikolu 62 7.
|
Artikolu 62 Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1.
|
Għandha ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-Aġenzija.
|
|
Artikolu 62 2.
|
Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jistgħu jsiru mill-manifattur(i), importatur(i) u/jew utent(i) “downstream” tas-sustanza. Jistgħu jsiru applikazzjonijiet minn persuna waħda jew aktar.
|
|
Artikolu 62 3.
|
Jistgħu jsiru applikazzjonijiet għal sustanza waħda jew aktar, li jissodisfaw id-definizzjoni ta' grupp ta' sustanzi fit-Taqsima 1.5 ta' l-Anness XI, għal użu wieħed jew aktar. Jistgħu jsiru applikazzjonijiet għall-użu personali ta' l-applikant(i) u/jew għall-użu li għalih huwa għandu ħsieb li jqiegħed is-sustanza fis-suq.
|
|
Artikolu 62 4.
|
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identità tas-sustanza jew sustanzi, kif imsemmi fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VI;
(b)
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna jew persuni li jagħmlu l-applikazzjoni;
(ċ)
talba għal awtorizzazzjoni, li tispeċifika għal liema użu qed tintalab l-awtorizzazzjoni u li tkopri l-użu tas-sustanza f'
►M3
taħlitiet ◄ u/jew l-inkorporazzjoni tas-sustanza f'oġġetti, fejn dan ikun relevanti;
(d)
jekk mhux diġà preżentati bħala parti mir-reġistrazzjoni, rapport dwar is-sigurtà tas-sustanza kimika skond l-Anness I li jkopri r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent mill-użu tas-sustanza jew sustanzi mill-proprjetajiet intrinsiċi speċifikati fl-Anness XIV;
(e)
analiżi ta' l-alternattivi li tikkonsidra r-riskji tagħhom u l-fattibbiltà teknika u ekonomika tas-sostituzzjoni u li tinkludi, jekk applikabbli, informazzjoni dwar riċerka relevanti u dwar attività ta' żvilupp mill-applikant;
(f)
fejn l-analiżi msemmija fil-punt (e) turi li hemm alternattivi xierqa, skond l-elementi msemmija fl-Artikolu 60(5), pjan ta' sostituzzjoni li jinkludi skeda kronoloġika għall-azzjonijiet proposti mill-applikant.
|
|
Artikolu 62 5.
|
L-applikazzjoni tista' tinkludi:
(a)
analiżi soċjo-ekonomika li tkun saret skond l-Anness XVI;
(b)
ġustifikazzjoni sabiex ma jiġux kunsidrati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ġejjin minn:
(i)
emissjonijiet ta' sustanza minn installazzjoni li għaliha ngħata permess skond id-Direttiva 96/61/KE; jew
(ii)
rimi ta' sustanza minn sors li jaqa' taħt ir-rekwiżit ta' regolamentazzjoni minn qabel imsemmi fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-leġiżlazzjoni adottata taħt l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 62 6.
|
L-applikazzjoni m'għandhiex tinkludi r-riskji għas-saħħa tal-bniedem li ġejjin mill-użu ta' sustanza f'apparat mediku regolata mid-Direttivi 90/385/KEE, 93/42/KEE jew 98/79/KE.
|
|
Artikolu 62 7.
|
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|