+ANNESS VIII MODULU GĦAL KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA' TRASFERIMENTI SIMILI

ANNESS VIII MODULU GĦAL KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA' TRASFERIMENTI SIMILI




ANNESS VIII

MODULU GĦAL KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA' TRASFERIMENTI SIMILI

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jiġbru u jippreżentaw data dwar it-trasferimenti kurrenti u kapitali maħsuba sabiex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u r-riżorsi naturali, inkluż il-produzzjoni u l-użu ta' prodotti ambjentali, b'mod li jkun kompatibbli mal-kunċetti u mad-definizzjonijiet tal-ESA 2010.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili mill-Istati Membri. Dik id-data tintuża wkoll għall-kompilazzjoni tan-nefqa nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali kif stipulat fl-Anness IV.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jirreġistraw pagamenti mhux imraddin lura mill-gvern ġenerali lil setturi istituzzjonali (fl-ekonomija domestika u lill-bqija tad-dinja) u minn dawk mhux residenti (il-bqija tad-dinja), għall-finijiet tal-protezzjoni ambjentali jew tat-tnaqqis tal-użu u tal-estrazzjoni tar-riżorsi naturali.

Taqsima 3

LISTA TA' KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
sussidji (il-kodiċi ESA 2010 D.3);
— 
trasferimenti kurrenti oħrajn (il-kodiċijiet ESA 2010 D.6 u D.7);
— 
trasferimenti kapitali (il-kodiċi ESA 2010 D.9).

Id-data kollha għandha tiġi rrapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad- data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023.

5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza.

6. F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022.

Taqsima 5

TABELLI TA' RAPPORTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata minn dawn:

— 
is-settur istituzzjonali tal-pagamenti, kif ġej:
— 
il-gvern ġenerali;
— 
il-bqija tad-dinja;
— 
is-settur istituzzjonali riċeventi, kif ġej:
— 
il-gvern ġenerali;
— 
il-korporazzjonijiet;
— 
l-unitajiet domestiċi;
— 
l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi;
— 
il-bqija tad-dinja.

▼M5

2. Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ rapportar imsemmija fil-punt 1, id-data għandha tiġi rrapportata minn gruppi tal-klassifikazzjoni tal-finijiet ambjentali (CEP) raggruppati kif ġej:

— 
CEP 01 — Arja u Klima;
— 
CEP 0201 — Enerġija minn sorsi rinnovabbli;
— 
CEP 0202 — Iffrankar u ġestjoni tal-enerġija;
— 
CEP 0301 — Ġestjoni tal-ilma mormi;
— 
CEP 0302 — Iffrankar tal-ilma u ġestjoni tar-riżorsi naturali tal-ilma;
— 
CEP 0401 — Ġestjoni tal-iskart;
— 
CEP 0402 — Irkupru u ffrankar ta’ materjali;
— 
CEP 0501 — Protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art;
— 
CEP 0502 — Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ;
— 
CEP 0503 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti;
— 
CEP 06 — Storbju u radjazzjoni;
— 
Is-somma ta’ CEP 0701, CEP 0703, CEP 0705, CEP 0707, CEP 0709 — R&Ż għat-tnaqqis u l-kontroll tal-emissjonijiet tal-arja, għall-ġestjoni tal-ilma mormi, għall-ġestjoni tal-iskart, għall-ħamrija, l-ilma tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, u l-bijodiversità, u għall-istorbju u r-radjazzjoni;
— 
Is-somma ta’ CEP 0702, CEP 0704, CEP 0706, CEP 0708 — R&Ż għall-enerġija, għar-riżorsi tal-ilma, għall-irkupru u l-iffrankar tal-materjali u għall-ġestjoni tal-foresti;
— 
CEP 08 — Skopijiet trasversali u oħrajn ambjentali.

▼M3

3.  ►M5  It-trasferimenti li jirċievu l-korporazzjonijiet mill-gvern ġenerali raggruppati skont is-somma tad-diviżjonijiet kollha tas-CEP (CEP 01–08), għandhom jiġu ulterjorment raggruppati skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 kif ġej: ◄

— 
NACE A – agrikoltura, forestrija u sajd;
— 
NACE B – minjieri u barrieri;
— 
NACE C – manifattura;
— 
NACE D – provvista ta' elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata;
— 
NACE E – provvista tal-ilma, is-sistema ta' drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju;
— 
NACE F – kostruzzjoni;
— 
NACE G – negozju bl-ingrossa u bl-imnut, tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi;
— 
NACE H – trasport u ħżin;
— 
NACE I sa U – taqsimiet oħrajn tan-NACE.

▼M5 —————

▼M3

Taqsima 6

DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R0691
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.