+ANNESS IV SISTEMI TAS-SAJLENSER LI FIHOM IL-MATERJALI FIBRUŻI LI JTAFFU L-ĦSEJJES

ANNESS IV SISTEMI TAS-SAJLENSER LI FIHOM IL-MATERJALI FIBRUŻI LI JTAFFU L-ĦSEJJES

ANNESS IV

SISTEMI TAS-SAJLENSER LI FIHOM IL-MATERJALI FIBRUŻI LI JTAFFU L-ĦSEJJES

1.   KUMMENTI ĠENERALI

Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw fis-sistemi tas-sajlenser jew fil-komponenti tagħhom fejn jintlaħqu waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi; jew

(b) is-sistemi tas-sajlenser jew il-komponenti tagħhom ikunu tal-istess familja ta' tifsil tas-sistemi jew tal-komponenti tas-sistemi li għalihom ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip UE skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal tip ieħor ta' vettura, li mhumiex suġġetti għad-deterjorament.

Meta l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma tiġi sodisfatta, is-sistema sħiħa tas-sajlenser jew il-komponenti minnha jkollhom iġarrbu kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda fost tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti fil-punti 1.1, 1.2 u 1.3.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, grupp ta' sistema tas-sajlenser jew komponenti tiegħu għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma tal-istess familja ta' disinn meta l-karatteristiċi kollha li ġejjin ikunu l-istess:

(a) il-preżenza ta' fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost permezz tal-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal;

(b) it-tip tal-fibri;

(c) fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-lega;

(d) dimensjonijiet medji tal-fibra;

(e) id-densità minima tal-materjal bil-kwantità tal-imballaġġ f'kg/m3;

(f) il-wiċċ ta' kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti.

1.1.   Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km.

1.1.1.

50 ± 20 % ta' din l-operazzjoni għandu jikkonsisti minn sewqan urban u l-bqija tal-operazzjoni għandha tkun ġirjiet ta' distanzi twal b'veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista' jiġi sostitwit bi programm korrispondenti ta' testijiet fil-mogħdija tat-test.

1.1.2.

Iż-żewġ reġimi ta' veloċità għandhom jalternaw mill-inqas darbtejn.

1.1.3.

Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta' 10 waqfiet ta' mill-inqas tliet sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti ta' tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.

1.2.   L-ikkondizzjonar fuq bank tat-test

1.2.1.

Bl-użu ta' partijiet standard tas-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha għandhom jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I filwaqt li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ tal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, il-vettura għandha tittella' fuq dinamometru tar-romblu. Fil-każ ta' magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I, il-magna għandha tiġi mqabbda ma' dinamometru.

1.2.2.

It-test għandu jkun imwettaq f'sitt perjodi ta' sitt-sigħat b'waqfa ta' mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu biex jiġu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ.

1.2.3.

Waqt kull perjodu ta' sitt-sigħat, il-magna għandha titħaddem, fil-kundizzjonijiet li ġejjin, waħda wara l-oħra:

(a) ħames minuti b'veloċità mingħajr ingranaġġ;

(b) sekwenza ta' siegħa- b'1/4 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(c) sekwenza ta' siegħa- b'1/2 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(d) sekwenza ta' 10 minuti b'tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(e) sekwenza ta' 15-il minuta b'1/2 tagħbija b'veloċità massima nominali (S);

(f) sekwenza ta' 30 minuta b'1/4 tagħbija b'veloċità massima nominali (S).

It-tul totali tas-sitt sekwenzi: tliet sigħat.

Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza ta' dawk il-kundizzjonijiet f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).

1.2.4.

Matul it-test, is-sistema tas-sajlenser ma għandhiex titberred b'riħ sfurzat li jissimula l-arja li normalment tgħaddi madwar il-vettura. Madankollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser tista' titberred sabiex ma taqbiżx it-temperatura rreġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b'veloċità massima.

1.3.   L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

1.3.1.

Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti minnha għandhom jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I. Fil-każ tal-ewwel, il-vettura trid tittella' fuq dinamometru tar-romblu.

Fit-tieni każ, il-magna trid tiġi mmuntata fuq dinanometru. L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 1 tal-Appendiċi għal dan l-Anness, irid jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tas-sajlenser. Kull apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

1.3.2.

L-apparat tat-test irid ikun aġġustat b'tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott u stabbilit mill-ġdid, b'mod alternat, permezz tal-valv ta' azzjoni rapida għal 2 500 ċiklu.

1.3.3.

Il-valv trid tinfetaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass-tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta' bejn 0,35 u 0,40 kPa. Għandha tingħalaq meta din il-pressa ma tvarjax b'aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat bil-valv miftuħ.

1.3.4.

It-time-delay switch għandu jkun iffissat għal kemm idum l-egżost f'forma ta' gass li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.3.3.

1.3.5

Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.

1.3.6.

Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ugwali għal 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ-kollu mkejla b'75 % tal-veloċità tal-magna (S).

1.3.7.

Kull toqba għall-iskular tal-likwidi għandha tingħalaq matul it-test.

1.3.8.

It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa.

Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża perjodu wieħed ta' tberrid wara kull siegħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0540
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.