|
+Artikolu 19f Objettiv nazzjonali indikattiv għall-flessibbiltà mhux fossili |
Artikolu 19f Objettiv nazzjonali indikattiv għall-flessibbiltà mhux fossiliArtikolu 19f Objettiv nazzjonali indikattiv għall-flessibbiltà mhux fossili Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 19e(1) ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi, abbażi ta’ dak ir-rapport, objettiv nazzjonali indikattiv għall-flessibbiltà mhux fossili, inkluż il-kontributi speċifiċi kemm tar-rispons tad-domanda kif ukoll tal-ħżin tal-enerġija għal dak l-objettiv. L-Istati Membri jistgħu jilħqu dak l-objettiv billi jirrealizzaw il-potenzjal identifikat ta’ flessibbiltà mhux fossili, permezz tat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq identifikati jew permezz tal-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili msemmija fl-Artikolu 19g ta’ dan ir-Regolament. Dak l-objettiv nazzjonali indikattiv, inkluż il-kontributi speċifiċi rispettivi tar-rispons tad-domanda u tal-ħżin tal-enerġija għal dak l-objettiv, kif ukoll il-miżuri biex dan jinkiseb, għandhom jiġu riflessi wkoll fil-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima fir-rigward tad-dimensjoni “Suq Intern tal-Enerġija” f’konformità mal-Artikoli 3, 4 u 7 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu objettivi nazzjonali indikattivi proviżorji sakemm jiġi adottat ir-rapport skont l-Artikolu 19e(1) ta’ dan ir-Regolament. Wara l-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-objettiv nazzjonali indikattiv definit u kkomunikat mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta r-rapporti nazzjonali. Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport elaborat bl-ewwel informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tfassal strateġija tal-Unjoni dwar il-flessibbiltà, b’enfasi partikolari fuq ir-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, biex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom, li huwa konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-2050. Dik l-istrateġija tal-Unjoni dwar il-flessibbiltà tista’ tkun akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|