+Artikolu 9 Skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 9 10.
---+Artikolu 9 11.
---+Artikolu 9 12.

Artikolu 9 Skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta’ ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 8(1) permezz ta’ skema ta’ obbligi ta’ effiċjenza fl-enerġija, huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li joperaw fit-territorju ta’ kull Stat Membru jissodisfaw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(8) u (9), ir-rekwiżit tagħhom ta’ ffrankar kumulattiv fl-użu finali tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 8(1).

Meta applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-partijiet obbligati jwettqu dak l-iffrankar, kollu jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 30(14).

Artikolu 9 2.
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta’ ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 8(1) permezz ta’ skema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, huma jistgħu jaħtru awtorità pubblika ta’ implimentazzjoni biex tamministra l-iskema.
Artikolu 9 3.
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati minn fost l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, id-distributuri tal-enerġija, il-kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut u d-distributuri tal-fjuwil tat-trasport jew il-bejjiegħa bl-imnut tal-fjuwil tat-trasport li joperaw fit-territorju tagħhom. L-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandhom jiksbuh il-partijiet obbligati fost il-klijenti finali, deżinjati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu li sar skont l-Artikolu 8(1) jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, bi ffrankar iċċertifikat miksub minn partijiet oħra kif stipulat fil-paragrafu 11, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9 4.
Fejn kumpaniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut ikunu nnominati bħala partijiet obbligati taħt il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt li qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom, kumpanniji li jbigħu l-enerġija bl-imnut ma joħolqu l-ebda xkiel li jimpedixxi lill-konsumaturi milli jaqilbu minn fornitur għal ieħor.
Artikolu 9 5.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet obbligati jiksbu sehem tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-partijiet obbligati jilħqu miri ta’ tnaqqis fil-kostijiet tal-enerġija, dment li dawn jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija fl-użu finali u jiġu kkalkulati skont l-Anness V, u jiksbu ffrankar tal-enerġija billi jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż miżuri ta’ appoġġ finanzjarju li jtaffu l-effetti tal-prezz tal-karbonju fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi.
Artikolu 9 6.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jaħdmu mas-servizzi soċjali, l-awtoritajiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew mal-muniċipalitajiet biex jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew suxxettibbli aktar għall-effetti tiegħu. Biex jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet obbligati jwettqu azzjonijiet bħal rinnovazzjoni tal-bini, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali, sostituzzjoni tal-apparat domestiku, appoġġ finanzjarju u inċentivi għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’konformità mal-iskemi nazzjonali ta’ finanzjament u appoġġ, jew awditi tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eliġibbiltà tal-miżuri għal unitajiet individwali li jinsabu f’bini b’aktar minn appartament wieħed.
Artikolu 9 7.
Meta japplikaw il-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-partijiet obbligati jirrapportaw annwalment dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-partijiet obbligati bl-azzjonijiet promossi fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u għandhom jirrikjedu informazzjoni statistika aggregata dwar il-klijenti finali tagħhom, li tidentifika l-bidliet fl-iffrankar tal-enerġija meta mqabbla mal-informazzjoni sottomessa qabel, u dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju mogħti.
Artikolu 9 8.
L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f’termini ta’ konsum primarju tal-enerġija jew konsum finali tal-enerġija. Il-metodu magħżul biex jiġi espress l-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija għandu jintuża wkoll għall-kalkolu tal-iffrankar dikjarat mill-partijiet obbligati. Waqt il-konverżjoni tal-iffrankar tal-enerġija, għandhom japplikaw il-valuri kalorifiċi netti stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 7 ) u l-fattur tal-enerġija primarja skont l-Artikolu 31 sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat l-użu ta’ fatturi tal-konverżjoni oħrajn.
Artikolu 9 9.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika li permezz tagħhom issir verifika dokumentata ta’ mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika implimentati mill-partijiet obbligati. Il-kejl, il-kontroll u l-verifika għandhom isiru indipendentement mill-partijiet obbligati. Meta entità tkun parti obbligata skont skema nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 9 u skont l-EU ETS għall-bini u għat-trasport bit-triq skont id-Direttiva 2003/87/KE, is-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifika għandha tiżgura li l-prezz tal-karbonju mgħoddi waqt ir-rilaxx tal-fjuwil għall-konsum skont id-Direttiva 2003/87/KE għandu jitqies fil-kalkolu u fir-rappurtar tal-iffrankar tal-enerġija tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija tal-entità.
Artikolu 9 10.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar is-sistemi ta’ kejl, kontroll u verifika stabbiliti, inkluż il-metodi użati, il-kwistjonijiet identifikati u kif dawk il-kwistjonijiet ġew indirizzati.
Artikolu 9 11.

Fl-iskema tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-partijiet obbligati biex iwettqu dan li ġej:

(a) 

jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta’ servizzi tal-enerġija jew minn partijiet terzi oħra, inkluż meta l-partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta’ korpi oħra approvati mill-Istat jew permezz ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jinvolvu sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament;

(b) 

jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub f’sena partikolari bħallikieku nkiseb f’xi waħda mill-erba’ snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti, diment li dan il-perjodu ma jaqbiżx it-tmiem tal-perjodi ta’ obbligu stabbiliti fl-Artikolu 8(1).

Meta l-Istati Membri jawtorizzaw dan, huma għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu timxi skont proċess ta’ approvazzjoni mħaddem fl-Istati Membri, li jkun ċar, trasparenti, u miftuħ għall-parteċipanti kollha tas-suq, u li jkollu l-għan li jnaqqas kemm jista’ jkun il-kostijiet taċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk xieraq, jieħdu miżuri biex jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt tal-kostijiet diretti u indiretti tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika fuq il-kompetittività tal-industriji intensivi fl-enerġija li huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali.

Artikolu 9 12.
Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta’ parti obbligata, u b’kollox taħt l-iskema.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.