+Artikolu 5 Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.

Artikolu 5 Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Awtorità emittenti tista’ toħroġ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.
Artikolu 5 2.
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tkun meħtieġa u proporzjonata għall-iskop tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 2(2), filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata, u tista’ tinħareġ biss jekk ordni simili setgħet tinħareġ taħt l-istess kondizzjonijiet f’każ domestiku simili.
Artikolu 5 3.
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea sabiex tinkiseb data dwar l-abbonati jew biex tinkiseb data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tista’ tinħareġ għar-reati kriminali kollha u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni ta’ mill-anqas erba’ xhur, wara proċedimenti kriminali, imposta minn deċiżjoni li ma tkunx ingħatat in absentia, f’każijiet fejn il-persuna kkundannata tkun ħarbet mill-ġustizzja.
Artikolu 5 4.

Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea sabiex tinkiseb data tat-traffiku, ħlief għal data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), ta’ dan ir-Regolament jew biex tinkiseb data ta’ kontenut għandha tinħareġ biss:

(a) 

għal reati kriminali li fl-Istat emittenti jkunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja ta’ perjodu massimu ta’ minn tal-anqas tliet snin; jew

(b) 

għar-reati li ġejjin, jekk jitwettqu kompletament jew parzjalment permezz ta’ sistema tal-informazzjoni:

(i) 

reati kif definiti fl-Artikoli 3 sa 8 tad-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

(ii) 

reati kif definiti fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2011/93/UE;

(iii) 

reati kif definiti fl-Artikoli 3 sa 8 tad-Direttiva 2013/40/UE;

(c) 

għar-reati kriminali kif definiti fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(d) 

għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni ta’ mill-anqas erba’ xhur, wara proċedimenti kriminali, imposta b’deċiżjoni li ma tkunx ingħatat in absentia, f’każijiet fejn il-persuna kkundannata ħarbet mill-ġustizzja, għal reati kriminali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 5 5.

Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-awtorità emittenti u, fejn applikabbli, l-awtorità ta’ validazzjoni;

(b) 

id-destinatarju tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(c) 

l-utent, ħlief fejn l-iskop uniku tal-ordni jkun li jiġi identifikat l-utent, jew xi identifikatur uniku ieħor bħal isem l-utent, l-identifikazzjoni jew l-isem tal-kont sabiex tiġi determinata d-data li qiegħda tintalab;

(d) 

il-kategorija ta’ data mitluba kif definita fl-Artikolu 3, il-punti (9) sa (12);

(e) 

jekk applikabbli, il-medda taż-żmien tad-data li għaliha tintalab il-produzzjoni;

(f) 

id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi kriminali tal-Istat emittenti;

(g) 

f’każijiet ta’ emerġenza kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (18), ir-raġunijiet debitament ġustifikati għall-emerġenza;

(h) 

f’każijiet fejn l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tkun indirizzata direttament lill-fornitur tas-servizzi, li jaħżen jew xort’oħra jipproċessa d-data f’isem il-kontrollur, konferma li jkunu ġew ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;

(i) 

ir-raġunijiet biex jiġi determinat li l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tissodisfa l-kondizzjonijiet tan-neċessità u l-proporzjonalità skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(j) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-każ.

Artikolu 5 6.
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tiġi indirizzata lill-fornitur tas-servizzi li jaġixxi bħala kontrollur f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Bħala eċċezzjoni, l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tista’ tiġi indirizzata direttament lill-fornitur tas-servizzi li jaħżen jew jipproċessa mod ieħor id-data f’isem il-kontrollur, meta:

(a) 

il-kontrollur ma jistax jiġi identifikat minkejja sforzi raġonevoli min-naħa tal-awtorità emittenti; jew

(b) 

il-fatt li jiġi indirizzat il-kontrollur jista’ jkun ta’ detriment għall-investigazzjoni.

Artikolu 5 7.
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, il-proċessur li jaħżen jew inkella jipproċessa d-data f’isem il-kontrollur għandu jinforma lill-kontrollur dwar il-produzzjoni tad-data sakemm l-awtorità emittenti ma tkunx talbet lill-fornitur tas-servizzi biex iżomm lura milli jinforma lill-kontrollur, sakemm ikun meħtieġ u proporzjonat, sabiex ma jostakolax il-proċedimenti kriminali rilevanti. F’dak il-każ, l-awtorità emittenti għandha tindika fil-fajl tal-każ ir-raġunijiet għad-dewmien biex tinforma lill-kontrollur. Fl-EPOC għandha tiżdied ukoll ġustifikazzjoni qasira.
Artikolu 5 8.
Meta d-data tinħażen jew tiġi pproċessata b’xi mod ieħor bħala parti minn infrastruttura pprovduta minn fornitur tas-servizzi lil awtorità pubblika, Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tista’ tinħareġ biss meta l-awtorità pubblika li għaliha tkun maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor id-data tkun tinsab fl-Istat emittenti.
Artikolu 5 9.

F’każijiet fejn id-data protetta minn privileġġ professjonali skont il-liġi tal-Istat emittenti tinħażen jew tiġi pproċessata mod ieħor minn fornitur tas-servizzi bħala parti minn infrastruttura pprovduta lil professjonisti koperti minn privileġġ professjonali (“professjonist privileġġat”), fil-kapaċità kummerċjali tagħhom, Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biex tinkiseb data tat-traffiku, ħlief għal data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew biex tinkiseb data ta’ kontenut tista’ tinħareġ biss:

(a) 

meta l-professjonist privileġġat jirrisjedi fl-Istat emittenti;

(b) 

meta l-fatt li jiġi indirizzat il-professjonist privileġġat jista’ jkun ta’ detriment għall-investigazzjoni; jew

(c) 

meta l-privileġġi jkunu ġew rinunzjati f’konformità mal-liġi applikabbli.

Artikolu 5 10.
Jekk l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet sabiex temmen li d-data tat-traffiku, ħlief għad-data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew id-data ta’ kontenut mitluba mill-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tkun protetta b’immunitajiet jew privileġġi mogħtija mil-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew li dik id-data tkun soġġetta f’dak l-Istat għal regoli dwar id-determinazzjoni u l-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatata mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, l-awtorità emittenti tista’ tfittex kjarifika qabel toħroġ l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, inkluż billi tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-infurzar, direttament jew inkella permezz tal-Eurojust jew tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

L-awtorità emittenti ma għandhiex toħroġ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea jekk issib li d-data tat-traffiku mitluba, ħlief għad-data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew id-data ta’ kontenut tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew li dik id-data tkun soġġetta f’dak l-Istat għal regoli dwar id-determinazzjoni u l-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatata mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’media oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.