|
+Artikolu 17 6. |
Artikolu 17 6.Meta l-qorti kompetenti tistabbilixxi, abbażi tal-eżami skont il-paragrafu 4, il-punt (b), li l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi d-divulgazzjoni tad-data kkonċernata, il-qorti kompetenti għandha tiddetermina jekk iżżommx jew tneħħix l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea. Dik il-valutazzjoni għandha b’mod partikolari tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin filwaqt li tagħti importanza partikolari lill-fatturi msemmija fil-punti (a) u (b):
(a)
l-interess imħares mil-liġi rilevanti tal-pajjiż terz, inkluż id-drittijiet fundamentali kif ukoll interessi fundamentali oħra li jimpedixxu d-divulgazzjoni tad-data, b’mod partikolari l-interessi ta’ sigurtà nazzjonali tal-pajjiż terz;
(b)
il-grad ta’ konnessjoni bejn il-każ kriminali li għalih tkun inħarġet l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, ma’ xi waħda miż-żewġ ġuriżdizzjonijiet, kif indikat fost l-oħrajn minn:
(i)
il-lokalità, in-nazzjonalità u l-post ta’ residenza tal-persuna li d-data tagħha tkun qed tintalab jew tal-vittma jew vittmi tar-reat kriminali inkwistjoni;
(ii)
il-post fejn twettaq ir-reat kriminali inkwistjoni;
(c)
il-grad ta’ konnessjoni bejn il-fornitur tas-servizzi u l-pajjiż terz inkwistjoni; f’dan il-kuntest, il-lokalizzazzjoni tal-ħażna tad-data waħedha ma għandhiex tkun biżżejjed bl-iskop li jiġi stabbilit grad sostanzjali ta’ konnessjoni;
(d)
l-interessi tal-Istat investigattiv sabiex jikseb l-evidenza kkonċernata, fuq il-bażi tal-gravità tar-reat u l-importanza li tinkiseb l-evidenza b’mod rapidu;
(e)
il-konsegwenzi possibbli għad-destinatarju jew għall-fornitur tas-servizzi jekk jikkonforma mal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, inklużi l- penali potenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|