+Artikolu 17 Proċedura ta’ rieżami fil-każ ta’ obbligi konfliġġenti
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.

Artikolu 17 Proċedura ta’ rieżami fil-każ ta’ obbligi konfliġġenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Meta destinatarju jqis li l-konformità ma’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tiġi f’kunflitt ma’ obbligu skont id-dritt applikabbli ta’ pajjiż terz, huwa għandu jinforma lill-awtorità emittenti u lill-awtorità tal-infurzar bir-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, il-paragrafi 8 u 9, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III (“l-oġġezzjoni motivata”).
Artikolu 17 2.

L-oġġezzjoni motivata għandha tinkludi d-dettalji rilevanti kollha dwar il-liġi tal-pajjiż terz, l-applikabbiltà tagħha għall-każ inkwistjoni u n-natura tal-obbligu konfliġġenti. L-oġġezzjoni motivata ma għandhiex tkun ibbażata fuq:

(a) 

il-fatt li dispożizzjonijiet simili rigward il-kondizzjonijiet, il-formalitajiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ ordni ta’ produzzjoni ma jkunux jeżistu fil-liġi applikabbli tal-pajjiż terz; jew

(b) 

is-sempliċi fatt li d-data tinħażen f’pajjiż terz.

L-oġġezzjoni motivata għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data li fiha d-destinatarju jkun irċieva l-EPOC.

Artikolu 17 3.
L-awtorità emittenti għandha tirrieżamina l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea abbażi tal-oġġezzjoni motivata u kwalunkwe input ipprovdut mill-Istat tal-infurzar. Meta l-awtorità emittenti jkun beħsiebha żżomm l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, hija għandha titlob rieżami mill-qorti kompetenti tal-Istat emittenti. L-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tiġi sospiża sakemm titlesta l-proċedura ta’ rieżami.
Artikolu 17 4.

Il-qorti kompetenti għandha l-ewwel tivvaluta jekk jeżistix kunflitt ta’ obbligi, abbażi ta’ analiżi dwar jekk:

(a) 

il-liġi tal-pajjiż terz hijiex applikabbli abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni; u

(b) 

il-liġi tal-pajjiż terz, jekk applikabbli kif imsemmi fil-punt (a), tipprojbixxix id-divulgazzjoni tad-data kkonċernata meta tiġi applikata għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni.

Artikolu 17 5.
Meta l-qorti kompetenti ssib li ma jeżisti l-ebda kunflitt rilevanti ta’ obbligi skont it-tifsira tal-paragrafi 1 u 4, hija għandha żżomm l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea.
Artikolu 17 6.

Meta l-qorti kompetenti tistabbilixxi, abbażi tal-eżami skont il-paragrafu 4, il-punt (b), li l-liġi tal-pajjiż terz tipprojbixxi d-divulgazzjoni tad-data kkonċernata, il-qorti kompetenti għandha tiddetermina jekk iżżommx jew tneħħix l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea. Dik il-valutazzjoni għandha b’mod partikolari tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin filwaqt li tagħti importanza partikolari lill-fatturi msemmija fil-punti (a) u (b):

(a) 

l-interess imħares mil-liġi rilevanti tal-pajjiż terz, inkluż id-drittijiet fundamentali kif ukoll interessi fundamentali oħra li jimpedixxu d-divulgazzjoni tad-data, b’mod partikolari l-interessi ta’ sigurtà nazzjonali tal-pajjiż terz;

(b) 

il-grad ta’ konnessjoni bejn il-każ kriminali li għalih tkun inħarġet l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, ma’ xi waħda miż-żewġ ġuriżdizzjonijiet, kif indikat fost l-oħrajn minn:

(i) 

il-lokalità, in-nazzjonalità u l-post ta’ residenza tal-persuna li d-data tagħha tkun qed tintalab jew tal-vittma jew vittmi tar-reat kriminali inkwistjoni;

(ii) 

il-post fejn twettaq ir-reat kriminali inkwistjoni;

(c) 

il-grad ta’ konnessjoni bejn il-fornitur tas-servizzi u l-pajjiż terz inkwistjoni; f’dan il-kuntest, il-lokalizzazzjoni tal-ħażna tad-data waħedha ma għandhiex tkun biżżejjed bl-iskop li jiġi stabbilit grad sostanzjali ta’ konnessjoni;

(d) 

l-interessi tal-Istat investigattiv sabiex jikseb l-evidenza kkonċernata, fuq il-bażi tal-gravità tar-reat u l-importanza li tinkiseb l-evidenza b’mod rapidu;

(e) 

il-konsegwenzi possibbli għad-destinatarju jew għall-fornitur tas-servizzi jekk jikkonforma mal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, inklużi l- penali potenzjali.

Artikolu 17 7.
Il-qorti kompetenti tista’ tfittex informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, b’kont meħud tad-Direttiva (UE) 2016/680, b’mod partikolari l-Kapitolu V tagħha, u sal-punt li tali talba ma tostakolax proċedimenti kriminali rilevanti. L-informazzjoni għandha b’mod partikolari, tintalab mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz mill-Istat emittenti meta l-kunflitt tal-obbligi jikkonċerna drittijiet fundamentali jew interessi fundamentali oħra tal-pajjiż terz relatati mas-sigurtà u d-difiża nazzjonali.
Artikolu 17 8.
Jekk il-qorti kompetenti tiddeċiedi li tneħħi l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, hija għandha tinforma lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju. Jekk il-qorti kompetenti tiddeċiedi li l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea għandha tinżamm, hija għandha tinforma lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju, u li d-destinatarju għandu jipproċedi bl-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea.
Artikolu 17 9.
Għall-finijiet tal-proċeduri skont dan l-Artikolu, il-limiti ta’ żmien għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-awtorità emittenti.
Artikolu 17 10.
L-awtorità emittenti għandha tinforma lill-awtorità tal-infurzar dwar l-eżitu tal-proċedura ta’ rieżami.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.