+ANNESS IV Qafas ġenerali komuni għall-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknologiji intellġenti

ANNESS IV Qafas ġenerali komuni għall-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknologiji intellġenti




ANNESS IV

Qafas ġenerali komuni għall-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknologiji intellġenti

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti u tistabbilixxi metodoloġija li biha għandha tiġi kkalkulata, sabiex tivvaluta l-kapaċità ta’ binja jew ta’ unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.

L-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti għandu jkopri karatteristiċi biex jitjiebu l-iffrankar enerġetiku, it-tqabbil u l-flessibbiltà, titjib fil-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparat aktar interkonness u intelliġenti.

Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħall-eżistenza possibbli ta’ tewmi diġitali tal-bini.

Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħal miters intelliġenti, awtomatizzazzjoni tal-bini u sistemi ta’ kontroll, apparat awtoregolatorju għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa, apparati integrati tad-dar, punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħażna tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta’ dawk il-karatteristiċi, kif ukoll il-benefiċċji għall-kundizzjoni klimatika ta’ ġewwa, l-effiċjenza enerġetika, il-livelli ta’ rendiment u l-possibbiltà ta’ flessibbiltà.

2. Il-metodoloġija għandha sserraħ fuq il-funzjonalitajiet prinċipali li ġejjin relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini tiegħu:

(a) 

l-abbiltà li jżomm ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-operat tal-bini permezz tal-adattament tal-konsum tal-enerġija pereżempju permezz tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b) 

l-abbiltà li jadatta l-mod tal-operat tiegħu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-okkupant filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta għad-disponibbiltà tal-faċilità tal-użu mill-utent, iż-żamma ta’ kondizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa u l-abbiltà ta’ rappurtar dwar l-użu tal-enerġija;

(c) 

il-flessibbiltà tad-domanda għall-enerġija ġenerali tal-bini, inkluża l-abbiltà tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni b’mod ta’ domanda-risposta attiva u passiva kif ukoll impliċita u espliċita, permezz tal-ħżin tal-enerġija u r-rilaxx mill-ġdid tal-enerġija lura fil-grilja, pereżempju permezz ta’ kapaċitajiet ta’ flessibbiltà u ta’ trasferiment tat-tagħbija; u

(d) 

l-abbiltà li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tiegħu u r-rendiment ġenerali permezz tal-użu ta’ teknoloġiji għall-iffrankar enerġetiku.

3. Il-metodoloġija tista’ tqis ukoll:

(a) 

l-interoperabbiltà bejn is-sistemi (miters intelliġenti, sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, apparati integrati tad-dar, apparat awtoregolatorju għar-regolar tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa fil-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u ventilazzjonijiet); u

(b) 

l-influwenza pożittiva ta’ networks eżistenti tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika ta’ veloċità għolja fil-bini, bħat-tikketta volontarja “broadband ready”, u l-eżistenza ta’ punt ta’ aċċess għal bini b’unitajiet ta’ bini residenzjali multipli„ f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

4. Il-metodoloġija ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija nazzjonali eżistenti u għandha tibni fuq inizjattivi relatati fil-livell nazzjonali, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-pussess mill-okkupant, il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli għaċ-ċibersigurtà.

5. Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi l-aktar format adattat tal-parametru indikatur tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġija intelliġenti u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons għad-domanda.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.