+Artikolu 10 Supersiti ta’ monitoraġġ
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
|
Artikolu 10 Supersiti ta’ monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ għal kull 10 miljun abitant f’post bi sfond urban. L-Istati Membri li għandhom inqas minn 10 miljun abitant għandhom jistabbilixxu mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban.
L-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa inqas minn 10 000 km2 iżda mhux iktar minn 100 000 km2, għandhom jistabbilixxu mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond rurali. Kull Stat Membru li t-territorju tiegħu huwa iktar minn 100 000 km2 għandu jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ għal kull 100 000 km2 f’post bi sfond rurali.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-post fejn jinsabu s-supersiti ta’ monitoraġġ għandu jiġi ddeterminat għal postijiet bi sfond urban u postijiet bi sfond rurali f’konformità mal-Punt B tal-Anness IV.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Il-punti kollha ta’ kampjunar li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punti B u C tal-Anness IV u li huma installati f’supersiti ta’ monitoraġġ jistgħu jitqiesu għall-finijiet li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar in-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunar għas-sustanzi niġġiesa rilevanti kif speċifikat fl-Anness III.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Stat Membru jista’ jistabbilixxi, flimkien ma’ Stat Membru ġar wieħed jew iktar, supersit wieħed jew iktar ta’ monitoraġġ konġunt biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dan ma jaffettwax l-obbligu ta’ kull Stat Membru li jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban u l-obbigu ta’ kull Stat Membru li t-territorju tiegħu jkun iktar minn 10 000km2 li jistabbilixxi mill-inqas supersit wieħed ta’ monitoraġġ f’post bi sfond rurali.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Il-kejl fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali għandu jinkludi s-sustanzi niġġiesa elenkati fit-Taqsima 1, it-Tabelli 1 u 2, tal-Anness VII u jista’ jinkludi wkoll is-sustanzi niġġiesa elenkati fit-Tabella 3 ta’ dik it-Taqsima.
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Stat Membru jista’ jagħżel li ma jkejjilx il-karbonju iswed, il-partikoli ultrafini jew l-ammonijaka f’nofs is-supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond rurali jekk l-għadd ta’ supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond rurali jaqbeż l-għadd ta’ supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu f’postijiet bi sfond urban b’mill-inqas proporzjon ta’ 2:1, sakemm l-għażla tas-supersiti ta’ monitoraġġ tiegħu tkun rappreżentattiva għal dawk is-sustanzi niġġiesa.
|
|
Artikolu 10 7
|
7. Meta jkun xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-programm tal-istrateġija ta’ monitoraġġ u ta’ kejl tal-EMEP, l-Infrastruttura ta’ Riċerka dwar l-Aerosol, is-Sħab u l-Gassijiet Traċċa (ACTRIS), u l-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja mwettaq skont id-Direttiva (UE) 2016/2284.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|