+Artikolu 7 Trattament terzjarju
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.
---+Artikolu 7 11.
|
Artikolu 7 Trattament terzjarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw ilma mormi urban b’tagħbija ta’ 150 000 e.p. u aktar, u li ma japplikawx trattament terzjarju fl-1 ta’ Jannar 2025 jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilmijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament terzjarju f’konformità mal-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2033 għall-iskariki minn 30 % ta’ dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2036, l għall-iskariki minn 70 % ta’ dawk l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban.
Sal-31 ta' Diċembru 2039, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki kollha minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw ilma mormi urban b’tagħbija ta’ 150 000 e.p. u aktar jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’ilmijiet riċeventi, ir-rekwiżiti rilevanti ta’ trattament terzjarju msemmiija fil-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2027, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw lista ta' żoni fit-territorju tagħhom li huma sensittivi għall-ewtrofikazzjoni. Għandhom jinkludu ma' dik il-lista informazzjoni dwar jekk iż-żoni humiex sensittivi għall-fosforu jew għan-nitroġenu jw it-tnejn. Għandhom jaġġornaw dik il-lista kull sitt snin mill-31 ta' Diċembru 2033 'il quddiem. Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi ż-żoni identifikati fl-Anness II. Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta Stat Membru jimplimenta trattament terzjarju f'konformità mal-paragrafu 5 fit-territorju kollu tiegħu.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki minn impjanti tal-ilma mormi urban li jitrattaw l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. u aktar jissodisfaw, qabel ma jiġu skarikati f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti rilevanti tat-trattament terzjarju stipulati fil-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2033 għal 20 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(b)
sal-31 ta' Diċembru 2036 għal 40 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(c)
sal-31 ta' Diċembru 2039 għal 60 % ta' dawk l-agglomerazzjonijiet;
(d)
sal-31 ta' Diċembru 2045 għal dawk l-agglomerazzjonijiet kollha.
|
|
Artikolu 7 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (d), għal mhux aktar minn tmien snin bil-kundizzjoni li:
(a)
tal-inqas 50 % tal-agglomerazzjonijiet ikkonċernati ma jkunux qed japplikaw trattament terzjarju f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/271/KEE jew ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I ta' dik id-Direttiva fl-1 ta’ Jannar 2025; u
(b)
l-ewwel programm ta' implimentazzjoni nazzjonali ppreżentat skont l-Artikolu 23(2) jinkludi:
(i)
l-għadd ta' agglomerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 li ma jkollhomx trattament terzjarju f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/271/KEE jew ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Parti B u t-Tabella 2 tal-Anness I ta' dik id-Direttiva fl-1 ta’ Jannar 2025;
(ii)
pjan li jiddeskrivi l-investimenti meħtieġa biex dawk l-agglomerazzjonijiet jilħqu konformità sħiħa sal-iskadenza estiża; u
(iii)
ir-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jiġġustifikaw l-estensjoni tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (d).
L-estensjonijiet tal-iskadenza msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu effettivi biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati sal-31 ta’ Lulju 2028. Madankollu, l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta' 150 000 e.p. u aktar għandhom jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-iskariki tal-ilma mormi urban imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti fil-Parti B u fit-Tabella 2 tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati stipulati fil-Parti C tal-Anness I. Il-medja annwali tal-kampjuni għal kull parametru msemmi fit-Tabella 2 tal-Anness I għandha tkun konformi mal-valuri parametriċi rilevanti mogħtija f'dik it-tabella.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li qed jinbnew, jew li għaddejjin minn restawr maġġuri fir-rigward tat-trattament terzjarju tagħhom jew ġew ikkummissjonati wara l-31 ta' Diċembru 2020 u qabel l-1 ta’ Jannar 2025, ir-rekwiżiti dwar il-parametru tan-nitroġenu kif imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw mhux aktar tard minn ħames snin mill-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 biex temenda l-Parti C tal-Anness I sabiex tadatta l-metodi tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati fir-rigward tat-trattament terzjarju għall-progress xjentifiku u tekniku.
|
|
Artikolu 7 8.
|
B'deroga mill-paragrafi 3 u 5, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li impjant tat-trattament tal-ilma mormi individwali li jinsab f'żona inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunx soġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 5 fejn jista' jintwera li l-perċentwal minimu ta' tnaqqis tat-tagħbija ġenerali li tidħol fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban kollha f'dik iż-żona jkun:
(a)
mill-inqas 75 % għall-fosforu totali u mill-inqas 75 % għan-nitroġenu totali mill-1 ta’ Jannar 2025;
(b)
82,5 % għall-fosforu totali u 80 % għan-nitroġenu totali sal-31 ta' Diċembru 2039;
(c)
87,5 % għall-fosforu totali u 82,5 % għan-nitroġenu totali sal-31 ta' Diċembru 2045.
|
|
Artikolu 7 9.
|
Skariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar f'baċin idrografiku ta' żona sensittiva għall-ewtrofikazzjoni inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti wkoll għall-paragrafi 3, 5 u 8.
|
|
Artikolu 7 10.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jinsabu f'żona inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 wara waħda mill-aġġornamenti regolari tal-lista meħtieġa minn dak il-paragrafu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 5 fi żmien seba' snin mill-inklużjoni f'dik il-lista.
|
|
Artikolu 7 11.
|
Meta l-għadd ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jeħtieġ jiġu aġġornati biex jissodisfaw l-objettivi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 fil-livell nazzjonali ma jkunx numru sħiħ, l-għadd ta' impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għandu jiġi aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. Fil-każ ta' ekwidistanza bejn żewġ numri sħaħ, in-numru għandu jiġi aġġustat ‘l isfel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|