+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
---+Artikolu 2 (36)
---+Artikolu 2 (37)
---+Artikolu 2 (38)
---+Artikolu 2 (39)
---+Artikolu 2 (40)
---+Artikolu 2 (41)
---+Artikolu 2 (42)
---+Artikolu 2 (43)
---+Artikolu 2 (44)
---+Artikolu 2 (45)
---+Artikolu 2 (46)
---+Artikolu 2 (47)
---+Artikolu 2 (48)
---+Artikolu 2 (49)
---+Artikolu 2 (50)
---+Artikolu 2 (51)
---+Artikolu 2 (52)
---+Artikolu 2 (53)
---+Artikolu 2 (54)
---+Artikolu 2 (55)
---+Artikolu 2 (56)
---+Artikolu 2 (57)
---+Artikolu 2 (58)
---+Artikolu 2 (59)
---+Artikolu 2 (60)
---+Artikolu 2 (61)
---+Artikolu 2 (62)
---+Artikolu 2 (63)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“emissjonijiet tal-metan” tfisser l-emissjonijiet diretti kollha minn kwalunkwe komponent, kemm jekk jirriżultaw minn ivventjar, kombustjoni mhux kompluta mill-ivvampjar, kif ukoll minn tnixxijiet;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“komponent” tfisser kwalunkwe parti jew element ta’ tagħmir użat f’installazzjonijiet jew infrastruttura taż-żejt, il-gass naturali jew il-faħam, li għandhom il-potenzjal li jarmu l-metan;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla assi jew, fejn dan huwa previst fil-liġi nazzjonali, lil min ġiet iddelegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ assi;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“assi” tfisser unità kummerċjali jew operattiva, li tista’ tkun magħmula minn diversi faċilitajiet jew siti, inklużi assi operattivi u assi mhux operattivi;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“assi operattivi” tfisser assi li huma taħt il-kontroll operazzjonali tal-operatur;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“assi mhux operattivi” tfisser assi li mhumiex taħt il-kontroll operazzjonali tal-operatur;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“sit” tfisser ġabra ta’ komponenti b’xi relazzjoni ma’ xulxin bħala suddiviżjoni ta’ assi;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“trażmissjoni” tfisser trażmissjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (17), tad-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” tfisser operatur tas-sistema tat-trażmissjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (20), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“operatur tal-minjiera” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla minjiera tal-faħam jew, fejn dan huwa previst skont il-liġi nazzjonali, lil min ġiet iddelegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-minjiera tal-faħam;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“verifika” tfisser l-attivitajiet imwettqa minn verifikatur sabiex jivvaluta l-konformità ma’ dan ir-Regolament tar-rapporti trażmessi mill-operaturi, mill-impriżi u mill-operaturi tal-minjieri skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“verifikatur” tfisser persuna ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika u li, meta tinħareġ dikjarazzjoni ta’ verifika, tkun akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, persuna fiżika awtorizzata b’mod ieħor biex twettaq attivitajiet ta’ verifika;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“sors” tfisser komponent jew struttura ġeoloġika li tirrilaxxa l-metan fl-atmosfera kemm jekk intenzjonalment kif ukoll jekk le, b’mod intermittenti jew b’mod persistenti;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“fattur ta’ emissjoni” tfisser koeffiċjent li jikkwantifika l-emissjonijiet ta’ gass għal kull unità ta’ attività, li huwa bbażat fuq kampjun ta’ data tal-kejl, jew fuq metodi ta’ kwantifikazzjoni oħrajn espress bħala medja sabiex tiġi żviluppata rata rappreżentattiva ta’ emissjoni għal livell ta’ attività partikolari skont sett partikolari ta’ kundizzjonijiet operattivi;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“fattur ta’ emissjoni ġeneriku” tfisser fattur ta’ emissjoni standardizzat għal kull tip ta’ sors ta’ emissjoni li huwa derivat minn inventarji jew minn bażijiet tad-data, iżda fi kwalunkwe każ mhux ivverifikat permezz ta’ kejl dirett;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“fattur ta’ emissjoni speċifiku” tfisser fattur ta’ emissjoni għal tip ta’ sors ta’ emissjoni li huwa derivat minn kejl dirett;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“kejl dirett” tfisser kejl tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors b’apparat tal-kejl li jippermetti tali kejl;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“kwantifikazzjoni” tfisser attivitajiet biex tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ emissjonijiet tal-metan, permezz ta’ kejl dirett, jew fejn dawk ma jkunux fattibbli, abbażi ta’ metodi oħra bħal għodod ta’ simulazzjoni, u kalkoli dettaljati oħra tal-inġinerija jew taħlita ta’ tali metodi;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit” tfisser is-sorsi kollha ta’ emissjonijiet tal-metan f’sit;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“kejl fil-livell tas-sit” tfisser kejl li jagħti ħarsa ġenerali sħiħa lejn l-emissjonijiet kollha tal-metan fil-livell tas-sit, inkluż, għal network ta’ pipelines, l-emissjonijiet minn segmenti ta’ tali network, u tipikament jinvolvi l-użu ta’ sensuri immuntati fuq pjattaforma mobbli, bħal vettura, dron, inġenju tal-ajru, dgħajsa jew satellita, jew l-użu ta’ mezzi oħra, bħal sensuri fissi jew networks kontinwi ta’ sensuri lokalizzati;
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq għall-anqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, il-ġbir u l-ipproċessar tal-gass naturali, jew it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin taħt l-art tal-gass, inkluż fir-rigward tal-LNG;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“Faċilità LNG” tfisser faċilità LNG kif definita fl-Artikolu 2, punt (32), tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“stħarriġ dwar id-detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet” jew “stħarriġ tal-LDAR” tfisser stħarriġ sabiex jiġu identifikati u skoperti sorsi ta’ tnixxijiet tal-metan u sorsi oħra ta’ tnixxijiet tal-metan mhux intenzjonati, u sabiex jissewwew jew jinbidlu l-komponenti rilevanti;
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet tat-tip 1” jew “staħħriġ tal-LDAR tat-tip 1” tfisser stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet imwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(2), (7) u (8) u fil-Parti 1 tal-Anness I għall-istħarriġ LDAR tat-tip 1;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet tat-tip 2” jew “stħarriġ tal-LDAR tat-tip 2” tfisser stħarriġ dwar id-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet imwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(2), (7) u(8) u fil-Parti 1 tal-Anness I għall-istħarriġ LDAR tat-tip 2;
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“post tal-produzzjoni” tfisser post fejn iż-żejt jew il-gass naturali jiġi estratt mill-art u fejn ma jsir l-ebda pproċessar;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“post tal-ipproċessar” tfisser post fejn il-proċessi, bħas-separazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali mill-ilma, jintużaw biex jiġi ttrattat iż-żejt u l-gass naturali;
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“għeluq” tfisser sitwazzjoni fejn sit jew parti mill-komponenti tiegħu ma jibqgħux joperaw taħt kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim u jingħalqu, u fejn ikun meħtieġ tnaqqis sħiħ jew parzjali tal-pressjoni qabel ma jkunu jistgħu jinbdew xogħlijiet ta’ tiswija jew manutenzjoni;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“ivventjar” tfisser ir-rilaxx dirett ta’ metan mhux maħruq fl-atmosfera;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“ivvampjar” tfisser ir-rimi tal-metan permezz ta’ kombustjoni kkontrollata, f’apparat iddisinjat għal dak l-għan;
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“ivvampjar ta’ rutina” tfisser l-ivvampjar matul il-produzzjoni normali taż-żejt jew tal-gass naturali u fin-nuqqas ta’ faċilitajiet adegwati jew ġeoloġija li tista’ tiġi adattata sabiex il-metan jiġi injettat mill-ġdid, jintuża fuq il-post jew jintbagħat lejn suq, u jeskludi l-ivvampjar ikkawżat minn emerġenza jew funzjonament ħażin;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“torri tal-ivvampjar” tfisser apparat mgħammar b’berner li jintuża għall-ivvampjar;
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“emerġenza” tfisser sitwazzjoni temporanja, mhux mistennija u mhux frekwenti li fiha l-emissjonijiet tal-metan jkunu inevitabbli u meħtieġa sabiex jiġi evitat impatt negattiv imminenti u sostanzjali fuq is-sikurezza tal-bniedem, is-saħħa jew l-ambjent, u teskludi sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn jew relatati mal-avvenimenti li ġejjin:
|
(a)
|
in-nuqqas mill-operatur li jinstalla tagħmir xieraq ta’ kapaċità suffiċjenti għar-rata u l-pressjoni tal-produzzjoni mistennija jew attwali;
|
|
(b)
|
in-nuqqas tal-operatur li jillimita l-produzzjoni meta r-rata tal-produzzjoni taqbeż il-kapaċità tat-tagħmir relatat jew tas-sistema ta’ ġbir, ħlief meta l-produzzjoni żejda tkun dovuta għal emerġenza downstream, funzjonament ħażin jew tiswija mhux skedata, u ddum għal mhux aktar minn 8 sigħat mill-ħin tan-notifika tal-problema tal-kapaċità downstream;
|
|
(c)
|
manutenzjoni skedata;
|
|
(d)
|
negliġenza min-naħa tal-operatur;
|
|
(e)
|
ħsara ripetuta, jiġifieri erba’ ħsarat jew aktar fit-30 jum preċedenti, tal-istess biċċa ta’ tagħmir;
|
|
|
Artikolu 2 (36)
|
“funzjonament ħażin” tfisser ħsara jew waqfien tat-tagħmir f’daqqa u inevitabbli lil hinn mill-kontroll raġonevoli tal-operatur li tfixkel b’mod sostanzjali l-operazzjonijiet iżda ma tikkostitwixxix ħsara jew waqfien tat-tagħmir ikkawżati kompletament jew parzjalment minn manutenzjoni ħażina jew operat b’negliġenza, jew minn kawża oħra li tista’ tiġi evitata;
|
|
Artikolu 2 (37)
|
“effiċjenza tal-qerda u t-tneħħija” tfisser il-perċentwal tal-massa ta’ metan li jinqered jew jitneħħa wara li l-kombustjoni tkun waqfet b’mod relattiv għall-kwantità ta’ metan li jidħol fit-torri tal-ivvampjar;
|
|
Artikolu 2 (38)
|
“bir inattiv” tfisser bir tal-esplorazzjoni jew tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir, fuq l-art jew lil hinn mill-kosta, li fih, għal mill-inqas sena, ma tkun saret l-ebda operazzjoni għall-esplorazzjoni jew għall-produzzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ bjar magħluqa temporanjament u bjar magħluqa u abbandunati b’mod permanenti;
|
|
Artikolu 2 (39)
|
“bir magħluq temporanjament” tfisser bir ta’ esplorazzjoni jew ta’ produzzjoni taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir, fuq l-art jew lil hinn mill-kosta, fejn ikunu ġew installati lqugħ tal-bjar sabiex tiġi iżolata temporanjament ir-riżerva tal-produzzjoni u fejn ikun għadu disponibbli l-aċċess għall-bir;
|
|
Artikolu 2 (40)
|
“bir magħluq u abbandunat b’mod permanenti” tfisser bir ta’ esplorazzjoni jew ta’ produzzjoni taż-żejt jew tal-gass jew sit tal-bir, fuq l-art jew lil hinn mill-kosta, li jkun ingħalaq u ħadd u xejn ma jista’ jidħol fih, li fih l-operazzjonijiet kollha jkunu ġew itterminati u li fih l-installazzjonijiet kollha assoċjati mal-bir ikunu tneħħew skont ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli u fejn tista’ tiġi pprovduta dokumentazzjoni kif stabbilit fil-Parti 1, punt 3, tal-Anness V;
|
|
Artikolu 2 (41)
|
“rimedjazzjoni” tfisser il-proċess tat-tindif tal-ilma u tal-ħamrija kontaminati;
|
|
Artikolu 2 (42)
|
“reklamazzjoni” tfisser il-proċess li bih bir taż-żejt jew tal-gass jew sit ta’ bir jerġa’ lura għall-kundizzjonijiet ta’ ħamrija u ta’ veġetazzjoni simili għal dawk li kienu jeżistu qabel ma ġie disturbat;
|
|
Artikolu 2 (43)
|
“minjiera tal-faħam” tfisser sit fejn isseħħ jew tkun seħħet estrazzjoni tal-faħam, inkluż artijiet, skavi, passaġġi taħt l-art, xaftijiet, inklinazzjonijiet, mini u xogħlijiet, strutturi, faċilitajiet, tagħmir, magni u għodod li jinsabu fuq is-superfiċe jew taħt l-art u li jintużaw fi, jew li jirriżultaw mix-xogħol tal-estrazzjoni tal-linjite, tal-faħam subbituminuż, tal-faħam bituminuż jew tal-antraċit mid-depożiti naturali tiegħu fl-art bi kwalunkwe mezz u bi kwalunkwe metodu, u jinkludi x-xogħol tat-tħejjija tal-faħam għall-estrazzjoni;
|
|
Artikolu 2 (44)
|
“minjiera tal-faħam attiva” tfisser minjiera tal-faħam, li l-maġġoranza tad-dħul tagħha jiġi mill-estrazzjoni tal-linjite, tal-faħam subbituminuż, tal-faħam bituminuż jew tal-antraċiti, u fejn japplikaw mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-iżvilupp tal-minjiera għaddej;
|
|
(b)
|
il-faħam ġie prodott fl-aħħar 90 jum;
|
|
(c)
|
il-fannijiet għall-ventilazzjoni tal-minjiera jkunu operattivi;
|
|
|
Artikolu 2 (45)
|
“minjiera tal-faħam ta’ taħt l-art” tfisser minjiera tal-faħam fejn il-faħam jiġi prodott permezz ta’ tħaffir ta’ mini fl-art sas-saff tal-faħam, fejn imbagħad il-faħam jiġi estratt b’tagħmir tal-estrazzjoni tal-faħam ta’ taħt l-art bħal magni tat-tqattigħ u magni tal-estrazzjoni kontinwa, tal-estrazzjoni fit-tul u tal-estrazzjoni fil-qosor u ttrasportat lejn is-superfiċje;
|
|
Artikolu 2 (46)
|
“minjiera tal-faħam tas-superfiċe” tfisser minjiera tal-faħam fejn il-faħam jinsab qrib is-superfiċe u jista’ jiġi estratt billi jitneħħew is-saffi ta’ kopertura tal-blat u tal-ħamrija;
|
|
Artikolu 2 (47)
|
“xaft ta’ ventilazzjoni” tfisser passaġġ vertikali użat sabiex l-arja friska tiċċaqlaq taħt l-art jew sabiex jitneħħew il-metan u gassijiet oħrajn minn minjiera tal-faħam taħt l-art;
|
|
Artikolu 2 (48)
|
“stazzjon tad-drenaġġ” tfisser stazzjon li jiġbor il-metan minn sistema tad-drenaġġ tal-gass mill-minjieri tal-faħam;
|
|
Artikolu 2 (49)
|
“sistema tad-drenaġġ” tfisser sistema li tista’ tinkludi diversi sorsi tal-metan u li tarmi gass rikk fil-metan minn saffi tal-faħam jew minn saffi tal-blat tal-madwar u tittrasportah lejn stazzjon tad-drenaġġ;
|
|
Artikolu 2 (50)
|
“attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni” tfisser attivitajiet imwettqa wara li l-faħam ikun ġie estratt mill-minjieri u ttrasportat lejn is-superfiċe, inkluż l-immaniġġjar, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tal-faħam;
|
|
Artikolu 2 (51)
|
“kejl kontinwu” tfisser kejl fejn il-qari jittieħed mill-anqas kull minuta;
|
|
Artikolu 2 (52)
|
“depożitu tal-faħam” tfisser żona li fiha konċentrazzjonijiet sinfikanti u kwantitajiet ta’ faħam li jistgħu jiġu estratti, definita skont il-metodoloġija tal-Istat Membru dwar id-dokumentazzjoni tad-depożiti minerali ġeoloġiċi;
|
|
Artikolu 2 (53)
|
“minjiera tal-faħam magħluqa” tfisser minjiera tal-faħam fejn il-produzzjoni tal-faħam tkun waqfet, li tkun magħluqa f’konformità mar-rekwiżiti ta’ liċenzjar applikabbli jew arranġamenti oħra, u li għaliha operatur, sid jew detentur ta’ liċenzja jkun għad għandu permess validu, liċenzja jew dokument legali ieħor li jikkonferixxi r-responsabbiltà għall-minjiera tal-faħam;
|
|
Artikolu 2 (54)
|
“minjiera tal-faħam abbandunata” tfisser minjiera tal-faħam fejn il-produzzjoni tal-faħam tkun waqfet iżda li għaliha l-ebda operatur, sid jew detentur ta’ liċenzja ma jkun jista’ jiġi identifikat bħala soġġett għall-obbligi taħt permess, liċenzja jew kwalunkwe dokument legali ieħor attiv li jikkonferixxi r-responsabbiltà għall-minjiera tal-faħam, jew li ma jkunx ingħalaq b’mod regolat;
|
|
Artikolu 2 (55)
|
“użu alternattiv ta’ minjiera tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunata” tfisser l-użu tal-infrastruttura tal-minjiera tas-sottosuperfiċje u tat-tagħmir tal-estrazzjoni tal-faħam għal skopijiet għajr il-produzzjoni tal-faħam;
|
|
Artikolu 2 (56)
|
“it-tagħmir tal-estrazzjoni tal-faħam” tfisser kwalunkwe tagħmir li jibqa” marbut mal-istrati li jġorru il-metan, bħal passaġġi tal-ventilazzjoni u l-pajpijiet tad-drenaġġ;
|
|
Artikolu 2 (57)
|
“minjiera tal-faħam tal-kokk” tfisser minjiera fejn mill-anqas 50 % tal-output tal-produzzjoni medja matul l-aħħar 3 snin disponibbli huwa l-faħam tal-kokk, kif definit fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);
|
|
Artikolu 2 (58)
|
“produttur” tfisser impriża li, matul attività kummerċjali, tipproduċi żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam, permezz tal-estrazzjoni mill-art f’żona liċenzjata, tipproċessahom jew twassalhom permezz ta’ infrastruttura konnessa f’dik iż-żona liċenzjata;
|
|
Artikolu 2 (59)
|
“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, matul attività kummerċjali, tqiegħed iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam li joriġina minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni, inkluż kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni maħtura biex twettaq l-atti u l-formalitajiet meħtieġa skont il-Kapitolu 5;
|
|
Artikolu 2 (60)
|
“esportatur” tfisser il-kontroparti kuntrattwali għall-importatur f’kull kuntratt konkluż għall-provvista ta’ żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fl-Unjoni;
|
|
Artikolu 2 (61)
|
“profil tal-prestazzjoni tal-metan” tfisser l-informazzjoni u l-iskedi tad-data individwali għall-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u, kif applikabbli, il-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni, kif ukoll il-produtturi jew l-esportaturi ta’ pajjiżi terzi li jfornu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam lill-Unjoni jew li jqiegħdu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni, kif applikabbli, li jiġu ppubblikati fil-bażi tad-data għat-trasparenza tal-metan;
|
|
Artikolu 2 (62)
|
“avveniment b’emissjonijiet kbar ħafna” tfisser avveniment li jseħħ fl-Unjoni jew barra minnha fejn sors jew għadd ta’ sorsi konnessi mill-qrib f’sit jarmi aktar minn 100 kg ta’ metan fis-siegħa;
|
|
Artikolu 2 (63)
|
“proċess ta’ rikonċiljazzjoni” tfisser l-investigazzjoni u l-ispjegazzjoni tar-raġunijiet għal kwalunkwe diskrepanza statistikament sinifikanti bejn il-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|