6. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar ir-reklutaġġ ta’ uffiċjali pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom, inkluż il-persunal temporanju, jiġi reklutat permezz ta’ proċessi ta’ reklutaġġ ċari u trasparenti, li jiżguraw l-indipendenza tagħhom u għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jintgħażel abbażi ta’ kwalifiki speċifiċi, inkluż kompetenza xierqa u esperjenza rilevanti, jew ikun soġġett għal taħriġ xieraq, għat-twettiq effettiv tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 5.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jevitaw kunflitti ta’ interess għall-persunal, inkluż persuni li jieħdu deċiżjonijiet li jeżerċitaw is-setgħat stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, sabiex l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 5 b’mod indipendenti.