2. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom, għal kull perjodu referenzjarju u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu u, fejn applikabbli, jakkwistaw mingħand fornituri oħra, iħejju inputs għall-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni u jissottomettuhom lill-awtorità superviżorja nazzjonali.
L-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ titlob li dawk l-inputs ikunu fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni.
Tali inputs għandhom jitħejjew mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 wara l-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, fi żmien debitu biex l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun tista’ tikkonforma mal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.